HomeInternazzjonaliKurżitajiet5 affarijiet li tista’ tagħmel għall-Aħħar tas-Sena jekk barra ksieħ wisq

5 affarijiet li tista’ tagħmel għall-Aħħar tas-Sena jekk barra ksieħ wisq

Apparentament, il-ksieħ kollu li ma għamilx fil-Milied, iddeċieda li jagħmlu għal-lejla…l-Aħħar tas-Sena! It-temperatura se tkompli nieżla u jaf tagħmel xi ħalba xita wkoll. Illejla t-temperatura mistennija tinżel għal 7°C, imma filwaqt li llum u fit-2 ta’ Jannar għandna nistennew dan il-ksieħ u x-xita, fl-Ewwel tas-Sena jaf ikollna waqtiet twal bix-xemx.

Jiġifieri jekk illejla, bħalma jagħmlu ħafna nies fl-Aħħar tas-Sena, beħsiebek toħroġ, jaqbillek taqla’ l-kowtijiet u x-xalel kollha li għandek u titkebbeb ġo fihom. Imma, jekk se tkun ġifa u tibża’ mill-ksieħ, aħna ħsibnilek għal 5 affarijiet li tista’ tagħmel jekk se toqgħod ġewwa.

 

1. Drinking game

2ea2ca7430bcc1512dc6ef3b80276d1b

Toqgħod taħseb daqsxejn, l-alkoħol jista’ jidħol f’kollox. Jekk tkun kreattiv biżżejjed, f’kull ħaġa li teżisti l-fl-univers tista’ ssib raġuni biex tixrob l-alkoħol. U llejla tista’ tagħmel logħba hekk. U m’hemmx limitu ta’ kemm tista’ tkun kreattiv. Il-vantaġġ li fiha huwa li m’għandekx għalfejn toqgħod tinkwieta li se tisker u tagħmel shows fil-pubbliku, għax ix-shows se tagħmilhom waħdek id-dar. U m’għandekx għalfejn tinkwieta li trid issuq wara, għax qiegħed id-dar diġà! Żewġ pariri żgħar: 1. Avolja qiegħed id-dar, ixrob b’mod responsabbli u ħu ħsieb saħħtek, u 2. Il-lobgha never have i ever tilagħbhiex jekk ha jkollok il-boyfriend jew il-girlfriend ħdejk. Qed jitkellem xi ħadd imġarrab!

2. Film End of the World

Dawn il-films jifqgħulek naqra moħħok. Naf x’jien ngħid għax kollha rajthom. Imma jekk tkun imxengel waħda sew bl-idea numru wieħed ta’ dan l-artiklu, dal-films lanqas tħosshom.

3. Dance off

Din ma tistax tagħmilha jekk inti waħdek…ovvjament…sakemm ma tkunx ħadt l-idea numru wieħed ta’ dan l-artiklu bis-serjetà ħafna! Imma jekk għandek il-ħbieb id-dar, agħmluha, għax fiha daħka tajba. U għal darba oħra, jekk din tagħmilha wara li tkun ħadt l-ewwel idea ta’ dan l-artiklu, aktar u aktar se tiżfen u tiżfen fil-qalb.

4. Netflix and Chill

04-netflix-and-chill-w1200-h630

Jekk din ma tafx x’inhi, mela jew għadek żgħir wisq, jew inkella kbirt daqsxejn fl-età. L-2016 ġabet magħha n-Netflix f’Malta u issa għandek għażla sħiħa ta’ affarijiet li tista’ tara fuq Netflix. U jekk għandek xi maħbub jew maħbuba ħdejk, man-Netflix tista’ żżid iċ-Chill ukoll…Chill jiġifieri raqda tajba. Daqsekk ħa ngħid!

5. Raqda tajba (ta’ vera) biex tagħlaq is-sena

sleeping-1159279_960_720

Jekk qiegħed jew qiegħda waħdek u m’għandekx aptit tara nies, mela llejla orqod raqda twila li żgur ħaqqek wara sena mqallba bħal ma kienet din, u m’għandekx għalfejn tqum qabel is-sena d-dieħla!

…qabel għada jiġifieri.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.