HomeBla Kantunieri“Attenti meta tmorru tixtru l-ħwejjeġ għat-trabi tagħkom!”

“Attenti meta tmorru tixtru l-ħwejjeġ għat-trabi tagħkom!”

Din hija l-għajta ta’ omm ixxukkjata wara li għal daqsxejn ma weġġgħetx lit-tarbija tagħha ta’ ħames xhur bi żball, b’pin li sabet maqbuda ġol-ħwejjeġ.

Fuq post fuq il-paġna ta’ Facebook Are You Being Served, l-omm tat-tarbija xtaqet tiftaħ għajnejn il-ġenituri biex jiċċekkjaw il-ħwejjeġ ta’ wliedehom sewwa qabel ilibbsuhom, għax ġo ġakketta li xtrat għat-tarbija tagħna sabet li kien għad hemm il-pin tal-alarm, u meta pruvat tlibbislu l-ġakketta, għamlitlu girfa fuq wiċċu – minn fuq moħħu, għal fuq imnieħru, għal taħt għajnejh, eżatt kif jidher fir-ritratti. Ir-ritratti juru biċ-ċar li l-pin għal xagħra u sufa ma daħalx f’għajn it-tifel.

L-omm qalet li l-pin kienet għadha ġol-ħwejjeġ bi żball, u avolja ħaselt il-ġakketta, il-pin baqgħet ġo fiha għax fleecy u ma tindunax bih.

“Għidli jien kieku daħlitlu f’għajnejh jew belagħha? Tarbija ta’ 5 xhur…”

L-omm qalet ukoll li ma tafx għalfejn għandhom jintużaw pinnijiet tal-alarms fuq ħwejjeġ tat-trabi, u qalet li tixtieq li l-istorja tagħha tinfirex ħalli tqajjem kuxjenza. L-omm qalet ukoll li tkellmet mal-customer care tal-istabbiliment minn fejn xtrat il-ġakketta imma ma waslet imkien.

“Tikkuntattjahom u lanqas jikkalkulawk. Mar missieri jkellimhom u qalulu li ħa jċemplulu fi żmien sagħtejn, imma ma ċemplulux. Bagħtna email għalxejn…ara x’safety għandna għat-tfal tagħna.”

 

Hawn taħt tista’ tara l-kumment u r-ritratti li ppostjat l-omm:

screen-shot-2016-12-30-at-13-24-57
screen-shot-2016-12-30-at-13-48-28

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.