HomeLokaliAttivitajietBħal-lum ġimgħa tibda l-Istrina 2016

Bħal-lum ġimgħa tibda l-Istrina 2016

Nhar is-Sibt 10 ta’ Diċembru l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca se tniedi l-edizzjoni tal-2016 tal-Istrina b’Sibt l-Istrina f’Għawdex. L-ispettaklu jibda għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija f’Grand Hotel l-Imġarr Għawdex u se jkun trażmess live fuq TVM.  F’dan l-ispettaklu se jieħdu sehem  kantanti, personalitajiet u żfin.

F’Sibt l-Istrina, barra d-donazzjonijiet tal-pubbliku,  se tinfetaħ il-pledge line għal min irid jagħti donazzjoni ta’ €300 jew iktar. Min se jċempel fuq il-pledge line u jagħti donazzjoni ta’ €300 se jkun jew tkun l-Ambaxxatur tas-Solidarjetà. Fil-fatt wara l-Istrina se titella’ ċerimonja li fiha l-President ta’ Malta se tippreżenta broche tal-Istrina 2016 lil kull minn ċempel fuq il-pledge line u tiddikjarah bħala Ambaxxatur tas-Solidarjeta’.

Xarabank.com.mt tkellem ma’ John Bundy li ilu involut fl-Istrina għal dawn l-aħħar għoxrin sena u li nhar is-Sibt se jkun qed jippreżenta Sibt l-Istrina minn Għawdex. John Bundy jirrimarka li

“lllum il-ġurnata l-Istrina m’għadiex programm fuq it-televizjoni kif kienet 20 sena ilu imma saret instituzzjoni li tgħaqqad il-poplu kollhu f’daqqa”.

John Bundy  jħeġġeġ lil poplu l-iktar dawk Ghawdxi biex nhar is-Sibt li gej jagħtu d-donazzjonijiet.

15241851_10154619733881291_6328362993379928364_n

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Jessica.camilleri@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.