HomeBla KantunieriBIL-FILMAT: “Aħna l-Beltin qed insofru wisq” – Hector Bruno

BIL-FILMAT: “Aħna l-Beltin qed insofru wisq” – Hector Bruno

Il-komiku u eks sindku tal-Belt Hector Bruno, jgħid li l-Beltin qed isofru wisq minħabba x-xogħlijiet kontinwi ta’ kostruzzjoni li qed isiru fil-Belt bħala tħejjija għall-V18.

Ilbieraħ Hector Bruno kien wieħed mill-mistiedna fl-edizzjoni speċjali ta’ Xarabank tal-Ewwel tas-Sena, u qal li għalih il-Belt hija ommu u jifhem u japprezza li qed isir sforz biex il-Belt tingħata ruħ ġdida, imma jibża’ li qed nagħtu aktar każ tal-ġebel, u mhux tan-nies.

“Aħna l-Beltin qed insofru wisq minħabba x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” – Hector Bruno

Hector Bruno għamel appell imqanqal biex għall-inqas jintlaħaq ftehim biex għal ċertu żmien, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-Belt jieqfu kollha, għaliex ir-residenti qed ikollhom jgħaddu minn martirju ta’ trakkijiet, krejnijiet u jack hammers itaqqbu u jidrilljaw ġot-toroq fejn joqogħdu huma. U kultant, l-istorbju jibqa’ għaddej anke waqt il-ħinijiet tal-mistrieħ.

Fil-fatt, Hector kiteb din it-taqbila żgħira dwar dan u qraha fil-programm:

Ferħanin il-Beltin, jistennew il-V18,

Għax kulħadd jieħu ħsiebhom, qatt m’huma minsijin.

Trakkijiet f’kull kantuniera, u l-istess il-krejnijiet,

il-jack hammers ferm prudenti f’tal-mistrieħ il-ħinijiet.

Bil-permess fejn jidher sewwa, ħariġulhom il-Kunsill,

l-ebda triq ma tkun magħluqa, tgħidux aktar ħmerijiet!

 

Tista’ terġa’ tara x’qal Hector Bruno fil-programm tal-bieraħ hawn taħt:

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.