HomeEwleninBIL-FILMAT: “Fabbrika tal-eżamijiet u tat-testijiet” – Evarist Bartolo

BIL-FILMAT: “Fabbrika tal-eżamijiet u tat-testijiet” – Evarist Bartolo

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, waqt diskussjoni parlamentari jaqra email li bagħtu missier ta’ tifla ta’ 11-il sena, fejn tkellem fuq it-testijiet diffiċli li qed jagħtuha l-iskola, lilha u lit-tfal l-oħra. U xi drabi t-test ikunu jridu jippreparaw għalih mil-lum għall-għada.

Il-Ministru Bartolo qara din l-email fil-Parlament u qal li dawn huma stejjer li rridu nagħtuh ħafna kashom, u bħal din l-istorja hemm ħafna oħra. Fost l-oħrajn qal:
file-aspx

 

“Ma nistgħux nħallu lit-tfal tagħna lsiera fil-fabbrika ta’ eżamijiet u ta’ testijiet.”

Ikompli jgħid li jweġġa’ ħafna meta jiltaqa’ ma’ ħaddiema li jgħidulu li jiġu żgħażagħ kwalifikati mmens biex ifittxu xogħol, imma meta jiġu biex jikkomunikaw ma’ sħabhom, jiġġammjaw. Jgħid:

“Però dan mhux tort tagħhom, imma tort tas-sistema tagħna, li aħna niżviluppaw ċerti ħiliet, imma ħiliet oħra, bħal fiduċja fihom infushom, ma ngħinuhomx jiżviluppawha.”

F’Xarabank ta’ ftit ġimgħat ilu kellna missier li qed jgħid li ma jridx jibgħat lil bintu l-iskola għaliex ma jaqbilx mas-sistema edukattiva kif titħaddem f’Malta. Fil-programm kien qal li jekk se jkollu jibgħatha l-iskola bilfors, se jkollu jitlaq minn Malta. Dik kienet diskussjonin li qajmet ħafna kontroversji u diskussjonijiet oħrajn fil-jiem u l-ġimgħat ta’ wara.

Tista’ tara x’qal il-Ministru Evarist Bartolo hawn taħt:

Ritratt: timesofmalta.com

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.