HomeEwleninBil-Filmat: Ikla għand Simon Busuttil

Bil-Filmat: Ikla għand Simon Busuttil

Għall-programm speċjali tal-Milied, Mark mar iżur lill-kap tal-oppożizzjoni Simon Busuttil u l-partner tiegħu Kristina u flimkien preparaw ikla.

Waqt li qed jitkelmu Simon spjega kif malli daħlet tgħix fid-dar tiegħu Kristina, din qabdet tirranġa l-affarijiet bħal tiżboħ il-ħitan, is-siġġijiet, il-bibien u dak kollhu li segħtet tiżboħ u b’ċajta qal li kultant jinkwieta li dalwaqt tiżboħ lilu.

Waqt li qed jipreparaw l-ikel sirna nafhu wkoll li Simon u Kristina qedin flimkien bis-saħħa ta’ XARABANK. Kristina spjegat kif darba waħda kienet qed issegwi Xarabank u kien hemm Simon Busuttil jgħid li jsajjar, inaddaf etċ… Kristina qalet li b’dan il-kliem kien ġibdila l-attenzjoni. Aktar tard Simon u Krisitna kienu qed iltaqaw u minn hemm hekk baqaw jitkelmu u issa waslu biex jgħixu flimkien bħala familja.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.