HomeLokaliArkivjiBIL-FILMAT: Jaqa’ ajruplan u jolqtu f’nagħsu

BIL-FILMAT: Jaqa’ ajruplan u jolqtu f’nagħsu

Fl-14 t’Ottubru 1975, 41 sena ilu, pajjiżna ra wieħed mill-akbar inċidenti tal-avjazzjoni, meta ajruplan tat-tip Vulcan sploda fl-ajru, ’il fuq mit-toroq Żabbarin.

Il-biċċiet tal-ajruplan waqgħu fuq it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar, qatlu ħames persuni u darbu 20 persuna oħra. Fost dawn kien hemm Kevin, li dakinhar kellu tmien snin, u kien qed jilgħab fit-triq ma’ sħabu fil-post fejn waqa’ l-ajruplan. Kevin jgħidilna li f’dak il-mument, it-tfal kollha tat-triq telqu jiġru biex jistkennu, imma biċċa mill-fanal tal-ajruplan niżlet fuq rasu, laqtitlu nagħsu u tilfitu minn sensih.

Dakinhar l-inċident seħħ waqt li l-pilota tal-ajruplan Vulcan kien qed jipprepara biex jinżel fl-ajruport, u f’dak il-waqt żviluppawlu xi ħsarat. L-ajruplan sploda ftit tal-ħin wara li l-pilota kien iddeċieda li jkompli jtajjar l-ajruplan biex jagħmel inżul ta’ emerġenza.

Kevin ħadna fil-post eżatt fejn kien waqa’ l-ajruplan u rrakkontalna l-istorja kollha.

Gażżetta ta' dak iż-żmien

Gażżetta ta’ dak iż-żmien

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.