HomeEwleninBIL-FILMAT: “Jiena nemmen li Elvis għadu ħaj” – Joe Zammit

BIL-FILMAT: “Jiena nemmen li Elvis għadu ħaj” – Joe Zammit

Joe Zammit huwa fan kbir tal-king tar-Rock ‘n’ Roll, Elvis Presley, u jemmen li Elvis ma mietx, għall-kuntrarju ta’ kif jemmnu l-maġġoranza tan-nies tad-dinja.

Joe kien f’Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa u jirrakkonta kif fil-25 ta’ Mejju li għadda kien hemm raġel Amerikan li jgħid li ltaqa’ ma’ Elvis. Jirrakkonta li dan ir-raġel mar iżur id-dar ta’ Elvis, “Graceland”, u hemmhekk iltaqa’ ma’ raġel li kellu l-istess manjieri ta’ Elvis.

elvis

Joe jgħid:

“Meta Elvis kellu 24 sena kien kiser subgħajh, it-tielet wieħed, u baqagħlu mgħawweġ, u t-tielet sebgħa ta’ dan ir-raġel ukoll kien mgħawweġ.”

Għalina din tinstema’ stramba, però Joe mhux l-uniku persuna li jaħseb li Elvis Presley għadu ħaj. Fid-dinja jeżistu eluf ta’ nies li jemmnu li Elvis għadu ħaj u jeżistu siti fuq l-internet li huma mimlijin conspiracy theories ta’ fejn jista’ jkun qed jgħix.

Aħna fittixna ħafna fuq dan il-fenomenu u sibna li waħda mill-aktar siti popolari hija elvis-is-alive.com, u hija mimlija b’rakkonti ta’ nies li bħal Joe, jemmnu li Elvis għadu ħaj. Aħna fittixna sew fuqha u wieħed mill-kummenti jgħid:

“Saw him on hwy 75 headed towards Sun Valley. He was driving a new pink Cadillac ELR Coupe. We were headed south back home and he was headed north. As we crossed paths, he smiled and winked at us!”

U dan huwa biss wieħed mill-mijiet ta’ kummenti li hemm fuq is-sit elettroniku msemmi. Hawn taħt tista’ tara aktar kummenti ta’ nies li jgħidu li ltaqgħu ma’ Elvis Presley wara li allegatament miet.

Nies jirakuntaw li intaqaw ma' Elvis. Rittratt min:www.elvis-is-alive.com

Nies li jirrakkontaw kif iltaqgħu ma’ Elvis (ritratt minn www.elvis-is-alive.com)

Elvis Presley twieled fit-8 ta’ Jannar tal-1935 u jingħad li miet fl-età ta’ 42 sena b’overdose tad-droga fis-16 ta’ Awwissu tal-1977. Elvis kien tewmi, però twieled waħdu, għaliex ħuh it-tewmi twieled mejjet. Ħareġ l-ewwel kanzunetta fl-1953 u minn hemm il-popolarità tiegħu baqgħet tikber sakemm sar l-aktar persuna famuża fid-dinja.

gazzetta-1

Daily Mirror Front Page17081977 Millennium Pages  ELVIS PRESLEY IS DEAD  Was King of Rock killed by drugs  Elvis Presley Death  170877

 

elvis-coffin

Elvis fit-tebut qabel il-funeral (ritratt: elvispresleynews.com)

Dakinhar tal-mewt tiegħu, Elvis kellu jsiefer biex jibda tour ieħor, u jingħad li l-ħabib tiegħu sabu mal-art ma jiċċaqlaqx ġol-kamra tal-banju. Dakinhar stess għall-ħabta tat-3:30pm tħabbret uffiċjalment il-mewt ta’ Elvis Presley u jumejn wara, fit-18 ta’ Awwissu, sarlu funeral kbir li għalih kien hemm folla ta’ 80,000 ruħ. Dakinhar tal-funeral, il-fans ta’ Elvis tant intrassu mal-karozza li fiha kien hemm it-tebut tiegħu, li tnejn minnhom mietu mgħaffġin taħtha u oħra weġġgħet serjament.

purcissjoni-funeral

Il-korteo tal-funeral ta’ Elvis (ritratt: pinterest)

Il-kawża tal-mewt tiegħu jingħad li kienet id-droga, imma sa minn meta miet, gruppi sħaħ ta’ nies għamlu riċerki u sabu diversi kontradizzjonijiet fiċ-ċertifikat tal-mewt u fil-mod kif indifen u kif sarlu l-funeral, u dan wassal biex eluf ta’ nies illum jemmnu li l-mewt ta’ Elvis kienet finta, u li l-ġisem li deher fit-tebut dakinhar tal-funeral kien pupu tax-xemgħa u li dan kollu, Elvis għamlu biex jirtira fil-paċi u jkun jista’ jgħix ħajja fil-privatezza.

Jekk Elvis verament għadu ħaj, kieku ilu jistaħba mill-għajn pubblika għal kważi 40 sena u kieku llum għandu 81 sena.

The funeral of American musician Elvis Presley outside his home, Graceland, Memphis, Tennessee, August 1977

Eluf ta’ nies miġbura quddiem id-dar ta’ Elvis dakinhar tal-funeral (ritratt: contact press images)

 

the grave of the king - graceland, Memphis, Tennessee.

Il-qabar ta’ Elvis, quddiem id-dar tiegħu fi Graceland (ritratt: Houston Press)

Inti x’taħseb? Taħseb li jista’ jkun li Elvis verament għadu ħaj u qiegħed xi mkien undercover?

 

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.