HomeLokaliArkivjiBIL-FILMAT: Salva lit-tifla wara li nqabditlu ġo washing machine

BIL-FILMAT: Salva lit-tifla wara li nqabditlu ġo washing machine

Meta t-tifla ta’ James Rizzo, Jacky, kellha sena u għaxar xhur, weħlet fil-washing machine tad-dar. Din il-washing machine kienet minn dawk il-washing machines żgħar antiki, bir-romblu fin-nofs.

James jirrakkonta kif darba fost l-oħrajn, il-mara tiegħu kienet qed taħsel il-ħwejjeġ, ċemplet il-qanpiena u tal-bieb ta’ barra, u sakemm marret biex tiftaħ il-bieb, it-tifla qalbet barmil tal-plastik rasu ’l isfel, telgħet fuqu u daħħlet idha ġol-washing machine. James jgħid li ftit minuti wara tela’ fil-wash room u sab lil bintu mgħaffġa b’saqajha ‘l fuq u rasha ‘l isfel fil-washing machine mimlija ilma u d-detergents.

Kif inhu maħsub li kienet il-washing machine

Kif inhu maħsub li kienet il-washing machine

James tnixxef, qabadha, ħariġha mill-ilma u beda jgħatiha l-ewwel għajnuna kif seta’.

“Dak il-ħin kienet mejta, blu, b’għajnejha imqabbżin u b’ilsienha barra.”

James beda jgħajjat u jwerżaq u lil martu qalilha li t-tifla tagħhom kienet mietet. Minn hemm ħaduha għand tabib li taha injection biex id-demm ma jagħqadx u tahom biss 15-il minuta ċans sakemm jaslu l-isptar.

“It-tabib qalilna li kienet diġà clinically dead u qalli: ‘Jekk ma jirnexxilekx twassalha sal-isptar sa kwarta oħra se tmut.'”

Jacky waqgħet f’koma wara li d-detergents li belgħet għamlulha ħsara kbira fi 80% tal-pulmun, u missierha James induna li t-tifla ma kinitx se ssalva.

Ara l-filmat t’hawn taħt biex tkun taf kif tispiċċa l-istorja.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Jessica.camilleri@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.