HomeLokaliAttivitajietBIL-FILMATI: Dak li ma rajtux ilbieraħ minn wara l-kwinti tal-Istrina

BIL-FILMATI: Dak li ma rajtux ilbieraħ minn wara l-kwinti tal-Istrina

Wara li lbieraħ temmejna l-Istrina b’suċċess, illum erġajna dorna l-mijiet ta’ filmati u ritratti li ħadna u ħsibna li naqsmu magħkom ftit mill-eċitament li kien għaddej minn wara l-kwinti, u li n-nies mid-dar ma setgħux jarawh fuq it-televiżjoni.

Ilbieraħ fl-iskola sekondarja ta’ Ħal Kirkop fejn saret l-Istrina, kien hemm madwar 200 personalità, ministru u membru parlamentari u kollha ġew hemm għal ħin twil u ħadu paċenzja bil-voluntiera li libbsuhom u għamlulhom il-make-up u għallmuhom iż-żfin…u dan kollu għal kawża ġusta, li għal sena oħra rnexxiet bil-kbir.

L-Istrina bdiet f’nofsinhar u fi tnax-il siegħa ntlaħqet is-somma rekord ta’ €5,514,125.

Dawn huma xi ftit waqtiet li żgur għadkom ma rajtuhomx:

 

L- onorevoli Dr. Edward Zammit Lewis, Daħal flis-spirtu tal-istrina

Il-Ministru Edward Zammit Lewis

 

Il-Ministru Chris Fearne, li xerqitlu ħafna ta’ Freddie Portelli

20161226_150509

Norman Vella bħala Guru. Jixraqlu r-roża hux?

l-istrina

Kurt Calleja, li qbadnih naqra ħażin qisu!

listrina

Mark ta’ Xarabank. Bħalkom, aħna wkoll se nbatu biex ninsew din l-immaġini.      Bħallikieku l-bewsa ta’ Peppi ma kinitx biżżejjed!

 

Hawn taħt tista tara xi filmati ta’ x’kien qed jigri wara il- kwinti:



Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.