HomeFilmatiBIR-RITRATTI: Bena presepju fuq il-poġġaman tat-taraġ tad-dar!

BIR-RITRATTI: Bena presepju fuq il-poġġaman tat-taraġ tad-dar!

Konna naħsbu li l-umanità bniet presepji f’kull post immaġinabbli tad-dinja. Konna naħsbu li ma fadalx aktar postijiet fejn indaħħlu San Ġużepp, Madonna u maxtura bil-Bambin. Kullimkien bnejna presepji! Ġol-għerien, ġol-ħobż, ġor-rollijiet tat-toilet paper, fuq ir-roundabouts, ġol-borom…kullimkien! Imma kellna żball! Għax sibna presepju mibni f’post li qatt qabel ma konna naħsbu li jista’ jinbena presepju fuqu – fuq poġġaman ta’ taraġ ta’ dar f’Malta!

presepju-poggaman-4

presepju-poggaman-3

Franco Ciangura, Għawdxi minn Għajnsielem, huwa dilettant kbir tal-Milied u tal-presepji, u huwa l-moħħ wara dan il-presepju li bena fid-dar tiegħu għall-Milied ta’ din is-sena.

“Jiena nagħmel sena sħiħa noħlom fuq postijiet ġodda fejn nista’ nibni l-presepji,” qalilna Franco meta kellimnih, “u din is-sena ġietni l-idea li nibni wieħed mal-poġġaman tat-taraġ tad-dar. Il-presepju jibqa’ tiela’ mat-taraġ kollu.”

“Nagħmel sena sħiħa noħlom fuq postijiet ġodda fejn nista’ nibni l-presepji.”

presepju-poggaman-2

presepju-poggaman-1

 

Franco bena l-presepju minn biċċiet tal-ġablo, ġibs u biċċiet ta’ ħwejjeġ qodma li sab id-dar stess. Il-poġġaman tat-taraġ tad-dar ta’ Franco inzerta tal-ġebel, allura qabel sew mal-ġebel tal-presepju u x’ħin tarah issibha diffiċli biex tagħżel fejn jispiċċa l-presepju u fejn jibda l-poġġaman għax ikanġu perfettament f’xulxin.

presepju-poggaman-cover

Irridu ngħidu li Franco mhuwiex sempliċi dilettant bħall-oħrajn. Franco huwa d-dilettant u l-espert per eċċellenza. Biżżejjed ngħidulkom li Franco kien u għadu l-moħħ wara Betlem f’Għajnsielem, li huwa l-akbar u l-aktar presepju popolari li qatt kellna f’Malta.

U qalilna wkoll li fost il-presepji oriġinali l-oħra li għamel, għamel wieħed magħmul kollu mill-frott u l-ħxejjex, u ieħor magħmul mill-weraq tal-bajtar niexef u mill-għeruq tad-dwieli.

presepju-poggaman-6

presepju-poggaman-5

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.