HomeLokaliDivertimentDan il-Eurovision se jkun Eureunion

Dan il-Eurovision se jkun Eureunion

Għadhom kemm ġew imħabbra s-sittax-il finalist għall-Eurovision 2017, u hemm xi sorpriżi!

Fosthom, għall-ewwel darba wara ħafna snin tgħaddi kanzunetta bil-Malti. Jisimha ‘Kewkba’ u se tkantaha Janice Mangion.

Kieku kellna nagħtu titlu lil dan il-festival insemmuh “Reunion.” Dan għaliex f’dan il-Eurovision se naraw ir-ritorn ta’ ħafna kantanti li ilna ma narawhom fil-Eurovision. Fost dawn hemm Kevin Borg, Claudia Faniello, Janice Mangion, Klinsmann, Raquela Dalli Gonzi u Josef. U bilħaq…reġa’ daħal Richard Micallef, din id-darba mingħajr ħutu. Jiġifieri probabilment fil-ġimgħat li ġejjin, f’Xarabank se nerġgħu nisimgħu “Il-Kuġin Ġiljan!”

Imma dan huwa wkoll festival ta’ wħuh ġodda, bħat-tifla ta’ Janvil – Jade. Għaddiet ukoll il-kantanta residenti ta’ Xarabank – Cherton Caruana. Anke lil Shauna konna rajniha f’Xarabank sena ilu! Kienet kantat “Feeling Good”  u naħseb li bħalissa she’s feeling really good! Nawguraw ukoll lill-kantanti l-ġodda Miriana Conte u Rhiannon.

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, Brooke tirritorna fil-Eurovision, u anke ż-żgħira Maxine reġgħet daħlet. Bilħaq…għadda Franklin ukoll! Tgħid ta’ Xarabank se jagħmlulu candid camera dis-sena? U tgħid se jerġa’ jiblagħha?! Moħħok hemm Franklin! Deborah C se tkun qed tkanta fi dwett ma’ Josef, li meta kien ħa sehem fil-Eurovision kien ħa sehem bi dwett ukoll – “It’s just comes Naturally.”

Din is-sena wkoll ser naraw il-band Crosswalk li hija magħmula minn erba’ membri, fosthom l-awtur tal-kanzunetta “Tomorrow,” Boris Cezek, u Janice Debattista, li kienet ħadet sehem fil-Malta Eurovision 2013 b’“Perfect Day.” Il-membri l-oħra ta’ Crosswalk huma Kenny D’Ugo u Steve Camilleri Bowman.

Aħna nawguraw lill-kantanti kollha, u sadanittant, dawn huma ftit mill-kummenti li l-kantanti ppostjaw fuq Facebook meta ndunaw li għaddew:

maxine-pace

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.