HomeFilmati“Daqt se jkolli nagħmel l-ewwel operazzjonijiet” – Bjorn f’messaġġ tal-Ewwel tas-Sena

“Daqt se jkolli nagħmel l-ewwel operazzjonijiet” – Bjorn f’messaġġ tal-Ewwel tas-Sena

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Bjorn għadu kif għamel messaġġ live tal-aħħar tas-sena flimkien mal-mara tiegħu Maria. Bjorn u Maria jawguraw lin-nies għas-sena li ġejja.

Fil-messaġġ, Bjorn irringrazzja lil dawk in-nies kollha li għenuh u ssapportjawh matul l-2016 u stqarr li qed iħares ’il quddiem lejn is-sena li ġejja. Bjorn ammetta li s-sena li ġejja żgur se ġġib magħha ħafna sfidi għalih, għaliex il-marda tiegħu progressat u qed tisraqlu saħħtu bil-mod il-mod. Jgħid li diġà qed jara li se jkollu bżonn jagħmel l-ewwel operazzjonijiet fix-xhur li ġejjin, imma jgħid li mhux se jaqta’ qalbu u se jkompli jaħdem għal min ibati bil-kundizzjoni tal-ALS.

Bjorn jgħid li t-tieġ tiegħu u ta’ Maria aktar kmieni dax-xahar kien mument emozzjonali ħafna għalihom u jgħid: “Din il-parti kienet qisha l-ewwel parti ta’ ħajti…issa jmiss li nibda t-tieni parti.”

Fil-bidu tal-messaġġ, Bjorn jgħid “għamilna kważi mijiet ta’ attivitajiet”…u Maria tidher tħares lejh mingħajr ma tgħid xejn, u kważi kważi qed tgħidlu: “U ejja tgħaġġibhiex…ma għamilniex mijiet!”

Tista’ tara l-messaġġ ta’ Bjorn u Maria hawn taħt:

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.