HomeInternazzjonaliAħbarijietDawn huma l-aktar affarijiet li fittxew in-nies fuq Google fl-2016

Dawn huma l-aktar affarijiet li fittxew in-nies fuq Google fl-2016

Illum il-ġurnata fuq Google hemm kollox, u minn fuq Google tista’ ssir taf tagħmel kollox – mill-aktar affarijiet sempliċi għall-aktar affarijiet ikkumplikati – minn kif tagħmel belgħa te, għal kif tmexxi pajjiż (nissuġġerixxu lil Donald Trump jiggoogiljaha din, għax għandu bżonn). Il-kumpanija li għandha l-Google search engine hija waħda mill-akbar ħames kumpaniji fid-dinja u din is-search engine tant saret popolari, li llum, il-kelma Google hija wkoll verb.

Pereżempju:

untitled-design

 

Ħafna nies madwar id-dinja qed iqisu s-sena 2016 bħala froġa sħiħa, għaliex matulha ġraw ħafna diżastri u traġedji. Pereżempju, il-Panama Papers, fejn ġew mikxufa l-kontijiet bankarji sigrieti ta’ diversi politiċi madwar id-dinja, inkluż ta’ persuni fil-politika f’Malta. L-2016 kienet is-sena li matulha r-Renju Unit iddeċieda li jitlaq mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ddeċidew li jpoġġu lil Donald Trump imexxihom.

Fl-2016, Emy Bezzina għajjar lin-nies ‘ċuċ’, ‘baħnan’ u ‘basla mmarinata fil-ħmieġ tal-ġrieden’ live fuq it-televixin. U mietu l-kantanti famużi David Bowie, Prince u George Michael u l-eks mexxej ta’ Cuba (li ma kienx kantant) Fidel Castro.

Fl-2016 l-Italja theżżet b’diversi terremoti li ġarrfu rħula sħaħ, f’Malta ġġarraf ajruplan fit-triq ftit sekondi wara li telaq minn fuq ir-runway u nħataf ajruplan f’hijack li kien l-ewwel hijack fid-dinja fejn in-nies ta’ barra l-ajruplan kienu mbeżżgħin aktar min-nies ta’ ġol-ajruplan.

L-2016 rat ħafna attakki terroristiċi fl-Ewropa u fl-Afrika ta’ Fuq u rat lin-nies ta’ Aleppo jmutu bl-eluf taħt il-bombi li qed jitfagħlhom il-President tagħhom stess. Dis-sena kellna l-Olimpjadi f’Rio de Janeiro, fil-Brażil u l-Euro2016 li saret fi Franza.

U fl-2016, Mark ta’ Xarabank bies lil Peppi Azzopardi fuq xufftejh fuq programm tat-televixin. Ara vera kollox inqala’ ta…froġa ta’ vera kienet!

U ġo dil-froġa kollha, dawn huma l-aktar affarijiet li fittxew in-niews fuq Google matul din is-sena. U ibqa’ aqra sal-aħħar, għax fl-aħħar hemm il-lista tal-aktar affarijiet komuni li staqsew in-nies lil Google fl-2016.

1. Powerball – Lotterija Amerikana fejn fiha ntrebħu 81 miljun dollaru.

powerball

 

2. Prince – Kantant ta’ fama kbira. Miet fl-età ta’ 58 sena u l-mewt tiegħu ħasdet lid-dinja kollha.

prince-rogers-nelson

 

3. Hurricane Matthew – Ċiklun kbir li dam għaddej mit-28 ta’ Settembru sal-10 ta’ Ottubru u ħarbat kollox minn kull fejn għadda mill-Karibew sal-Istati Uniti.

hurricane-matthew

 

4. Pokémon Go – Logħba fuq il-mobile li ġiegħlet id-dinja kollha toħroġ fit-toroq biex taqbad kreaturi li ma jeżistux. Din il-logħba lagħbuha madwar 21 miljun persuna kuljum madwar id-dinja.

pokemon-go

 

5. Slither.io – Logħba b’verżjoni moderna tal-logħba klassika ‘snake’  li madwar id-dinja lagħbuha madwar 67 miljun persuna.

slither

 

6. Olympic Games – Il-logħob tal-Olimpjadi li din is-sena saru fi Franza.

Rio de Janeiro - Cerimônia de encerramento dos Jogos Olímpicos Rio 2016, no Maracanã (Fernando Frazão/Agência Brasil)

 

7. David Bowie –  propja jismu David Robert Jones, attur, kompożitur, u kantant Amerikan. Dan miet fl-età ta’ 69 sena.

david-bowie

 

8. Trump – Donald Trump, il-businessman li kkontesta l-Elezzjoni Presidenzjali fl-Amerika u rebaħ.

donald-trump

 

9. Election – L-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti, li qajmet ħafna kontroversji madwar id-dinja.

ct-donald-trump-protests-20161113

 

10. Hillary Clinton – Ikkontestat l-Elezzjoni Presidenzjali fl-Amerka u ġabet il-maġġoranza tal-voti, imma xorta ma saritx President tal-Amerka.

CEDAR FALLS, IA - MAY 19: Democratic presidential hopeful and former Secretary of State Hillary Clinton hosts a small business forum with members of the business and lending communities at Bike Tech bicycle shop on May 19, 2015 in Cedar Falls, Iowa. Yesterday Clinton hosted an organizing rally with supporters in Mason City. (Photo by Scott Olson/Getty Images)

 

Però l-aktar affarijiet interessanti dejjem ikunu dawk li jistaqsu n-nies fuq Google. Skont is-sit seventeen.com, dawn huma l-aktar 10 mistoqsijiet komuni li jibdew “What is” tal-2016:

  1. What is Pokémon Go?
  2. What is a Caucus?
  3. What is Brexit?
  4. What are electoral votes?
  5. What is the Electoral College?
  6. What is Aleppo?
  7. What is the mannequin challenge?
  8. What is the European Union?
  9. What is Citizens United?
  10. What is a Superdelegate?

U dawn huma l-aktar 10 mistoqsijiet komuni li jibdew “How to” tal-2016:

  1. How to play Pokémon Go?
  2. How to register to vote?
  3. How to play Powerball?
  4. How to make slime?
  5. How to move to Canada?
  6. How to battle in Pokémon Go?
  7. How to appear funny?
  8. How to catch Pokémon?
  9. How to vote early?
  10. How to use Snapchat filters?

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.