HomeInternazzjonaliDin is-sena s-Sirjani ta’ Aleppo mhux se jiċċelebrawh il-Milied

Din is-sena s-Sirjani ta’ Aleppo mhux se jiċċelebrawh il-Milied

Is-sitwazzjoni f’Aleppo qed tiggrava u din il-ġimgħa, ammont kbir ta’ nies iddeċidew li jħallu djarhom u jitilqu minn Aleppo biex jimxu lejn fruntiera oħra, bit-tama li jkunu ftit aktar siguri. Din ir-revoluzzjoni s’issa ħalliet aktar minn 250,000 Sirjan mejtin, fosthom ħafna tfal. Mill-aħħar rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti jidher li aktar minn 11-il miljun ruħ kellhom jitilqu minn djarhom wara li ġew imkeċċija mill-frozi leali lejn il-President tas-Sirja, Bashar Al-Assad.

Bashar Al-Assad , ritratt minn telegraphuk

Bashar Al-Assad, il-President tas-Sirja (ritratt: telegraph.co.uk)

Il-gwerra fis-Sirja bdiet f’Marzu tal-2011, meta bdew protesti fil-Belt ta’ Derea, wara li grupp ta’ studenti ġew arrestati u ttorturati għax kienu pinġew kliem li jinċita revoluzzjoni mal-ħajt tal-iskola. Għal dan l-att makabru, kienu ħarġu folol kbar ta’ nies jipprotestaw, u l-forzi tas-sigurtà tal-pajjiż fetħu n-nar fuq id-demostranti. Minkejja li l-forzi mmexxijin min Bashar Al-Assad kienu qawwijin ħafna, dakinhar il-folla baqgħet għaddejja bir-rivoluzzjoni, b’eluf ta’ Sirjani joħorġu jipprotestaw fit-toroq bit-tama li l-mexxej tagħhom jirreżenja.

Minn dakinhar, is-sitwazzjoni fis-Sirja baqgħet dejjem sejra għall-agħar, tant li sal-aħħar tal-2012, mill-Belt ta’ Derea, il-ġlied kompla jixtered għal bliet oħrajn, bħall-Belt Kapitali Damaskus, kif ukoll f’Aleppo. Sfortunatament, mir-rapporti li kienu ħarġet in-Nazzjonijiet Uniti jidher li sa Ġunju tal-2013, jiġifieri sa ftit aktar minn sentejn wara, kienu tilfu ħajjithom 90,000 persuna f’dan il-ġlied. Is-sitwazzjoni kompliet tiggrava u dawn id-demostrazzjonijiet inbidlu fi gwerra ċivili u sa Awwissu tas-sena l-oħra, iċ-ċifri ta’ nies mejtin li ħarġet in-Nazzjonijiet Uniti kienu jlaħħqu l-250,000 persuna, fosthom ħafna tfal.

Is-sitwazzjoni preżenti f'Aleppo, Is-Sirja. Ritratt minn Cnn

Is-sitwazzjoni preżenti f’Aleppo, Is-Sirja (ritratt: cnn.com)

Is-sitwazzjoni qabżet minn ġot-taġen għal ġon-nar għaliex in-nuqqas ta’ stabbiltà fis-Sirja ħoloq lok biex jintervejni l-Istat Iżlamiku, kif fil-fatt għamel. Din il-gwerra tat spazju wkoll għal reati li qed isiru ta’ kuljum bħal qtil brutali, stupru u tortura, li sfortunatament qed jiġu minn kull naħa tal-kunflitt.

Il-forzi ta’ Bashar Al-Assad komplew iżidu s-saħħa u bdew jitfgħu l-bombi tal-chlorine mill-ajru. Dawn huma bombi li meta jmissu mal-art u jisplodu, minnhom jibda ħiereġ gass isfar li fost kimiċi oħrajn ikun fih il-kloru (chlorine). Dan ikun jixbah lill-chlorine li nitfgħu fis-swimming pools, imma jkun f’ammonti kbar li l-ġisem tal-bniedem ma jiflaħx għalihom u jkun fil-forma ta’ gass. Meta n-nies milquta jieħdu n-nifs minn dan il-gass jistordihom u jista’ anke joqtolhom.

cholrine-bomb

L-effett li toħloq il-bomba tal-chlorine eżatt malli tmiss mal-art u tisplodi

Ftit ġimgħat ilu fuq xarabank.com.mt konna ppubblikajna l-istorja tat-tifel li ddaħħal jiġri l-isptar wara li laqtitu waħda minn dawn il-bombi tal-chlorine u meta kien qed jiddewwa fl-isptar, waqgħet bomba oħra ġol-isptar. F’dak l-artiklu konna ppubblikajna anke filmat ta’ dak li ġara f’dak l-isptar. Tista’ taqra dak l-artiklu u tara l-filmat billi tagħfas hawn.

Iċ-ċifri tan-nies mejta fil-Gwerra tas-Sirja baqgħu jiżdiedu u issa qabżu sew il-250,000 persuna. Jidher ukoll li ħafna ċittadini kellhom jitilqu minn djarhom biex isibu post fejn ikunu aktar siguri. Xi ċittadini kienu qed jużaw anke mezz ta’ kowċ biex jippruvaw jaslu qawwijin u sħaħ sa fruntieri siguri. U kif wieħed jista’ jaħseb, anke dawn il-vetturi jkunu fil-mira tal-forzi leali lejn il-President tas-Sirja.

Ir-ribelli qed jgħidu li kellhom il-kontrol ta’ Aleppo sakemm Bashaar Al-Assad kien qed juża biss attakki minn forzi fl-art, imma minn meta beda jattakka mill-ajru bdew jitilfu l-kontrol kollhu tal-belt ta Aleppo. Ribelli oħra qed jgħidu wkoll li l-attakki tar-Russi mill-ajru mhumiex qed jgħinu, għaliex qed iħallu ħafna mewt ta’ ċittadini favur ir-revoluzzjoni kontra Bashar Al-Assad.

Fuq il-midja soċjali, speċjalment fuq Instagram qegħdin jispikkaw diversi kummenti li juru simpatija man-nies fis-Sirja kif ukoll messaġġi ta’ talb mis-Sirjani stess li jgħidu li s-sitwazzjoni gravat ħafna u jaf ikun l-aħħar filmat li jtellgħu online, għaliex jista’ jkun li jmutu.

Filmat minn Fusion.

Dawn huma ftit mill-ħafna kummenti b’ritratti li qed jittellgħu fuq il-midja soċjali aħna u nitkellmu, u dan juri ir-realtà kerha orribbli li sfortunatament għaddejjin minnha dawn iċ-ċittadini Sirjani.

aleppo-10

 

aleppo-8

aleppo-1

 

aleppo-9

 

aleppo-5aleppo-4

 

 

aleppo-3
aleppo-6aleppo-2

aleppo-7

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.