HomeInternazzjonaliKurżitajietFILMATI ESKLUSSIVI: Kif inbena l-presepju Malti fil-Vatikan

FILMATI ESKLUSSIVI: Kif inbena l-presepju Malti fil-Vatikan

Żgur li s’issa rajtu ħafna filmati u ritratti tal-presepju Malti fil-Vatikan u tafu kif inhu. Imma aħna ta’ Xarabank għandna filmati esklussivi li m’għandu ħadd aktar! U matul dil-ġimgħa se nkunu qed nippubblikawhom ftit ftit fuq din il-website sakemm nhar il-Ġimgħa, fl-edizzjoni speċjali ta’ Xarabank tal-Milied, nurukom feature qasir b’dak li ġara kemm ilna nsegwu l-bini tal-presepju Malti fil-Vatikan.

Aħna bdejna nsegwu l-istorja ta’ dan il-presepju aktar minn sena ilu, meta qrajna fil-portals Maltin li l-artist Għawdxi Manwel Grech kien rebaħ kompetizzjoni biex ikun l-ewwel artist minn barra l-Italja li jibni l-presepju tal-Vatikan.

Niftakar konna dħalna mall-ewwel f’kuntatt miegħu u mal-Ministeru tal-Kultura u minn dakinhar bqajna nsegwu l-proċess kollu. Morna diversi drabi l-garaxx tiegħu biex naraw lilu u lil sħabu jaħdmu fuq il-presepju, u kull darba li morna ġbidna ħafna filmati.

Sakemm imbagħad fil-bidu ta’ Diċembru, grazzi għal Hamilton Travel, Andrew, wieħed mill-ġurnalisti tagħna, tela’ l-Vatikan mat-tim Malti biex jarahom jarmaw il-presepju fi Pjazza San Pietru u baqa’ magħhom sakemm il-presepju ġie inawgurat uffiċjalment.

Illum qed nippubblikaw l-ewwel feature qasir bi ftit filmati behind the scenes ta’ dak li kien qed jiġri l-Vatikan fil-jiem li għaddew.

Fil-jiem li ġejjin se nippubblikaw vox pop qasir ma’ wħud mill-Għawdxin li bnew il-presepju. Staqsejnihom x’jagħżlu li jkunu kieku kellhom ikunu pastur fil-presepju. X’taħsbu li għażlu? U ta’ min huma ż-żraben li l-artist Manwel Grech libbes lill-pasturi? Tkunu tafu fil-jiem li ġejjin fuq xarabank.com.mt.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.