HomeEwlenin”Għajni nqasmet fi tnejn” – L-Onor. Godfrey Farrugia

”Għajni nqasmet fi tnejn” – L-Onor. Godfrey Farrugia

Dr Godfrey Farrugia, il-whip tal-Partit Laburista, jirrakkonta inċident li seħħ ftit tas-snin ilu fil-klinika tiegħu – inċident li kawża tiegħu, Dr Farrugia tilef għajnu l-leminija.

Godfrey Farrugia jirrakkonta li dakinhar, fil-klinika kienet inqalgħet tilwima bejn koppja, u hu kien ħareġ biex jipproteġi lill-mara. Iżda f’daqqa waħda, ir-raġel ħareġ sikkina u laqtu f’għajnejh.

Godfrey Farrugia jiftakar f’dik il-ġurnata u jgħid:

”Għajni nqasmet fi tnejn u sal-lum għadni ma nara xejn minnha”

Godfrey baqa’ għami minn għajn waħda, u hekk se jibqa’ għal dejjem. Imma minkejja dan, huwa jgħid li lil dak ir-raġel ħafirlu.

Fil-filmat t’hawn taħt tista’ tara lil Godfrey Farrugia jirrakkonta l-istorja kollha.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Jessica.camilleri@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.