HomeLokaliAttivitajietGħandek il-guts toħroġ bla make up?

Għandek il-guts toħroġ bla make up?

Grupp ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin bħalissa daħlu għal sfida li jtellgħu show taż-żfin li hija make up free, jiġifieri kull min se jieħu sehem fiha se jkun bla make up. Xejn. Lanqas daqqa waħda ta’ eyeliner jew blusher…lanqas foundation. Din hija l-ewwel show ta’ dan it-tip u qatt saret fil-gżejjer Maltin.

Din l-inizjattiva qed joħduha l-iskola taż-żfin The Powerhouse u l-gym Bodyforge, li nedew kampanja jisimha Keep it Real li permezz tagħha qed jgħinu lit-tfajliet jifhmu li huma sbieħ kif inhuma, u li m’għandhomx bżonn joqogħdu jinżebħu biex ikunu sbieħ. Barra minn hekk, l-imħuħ wara din il-kampanja qed joħolqu kuxjenza wkoll dwar il-ħsara li jistgħu jagħmlu l-prodotti tas-sbuħija u l-mard li jistgħu jġibu magħhom.

Diversi professjonisti u personalitajiet Maltin u barranin qed jappoġġjaw din il-kampanja, fosthom il-kantanta Maltija Destiny Chukunyere u l-filmmaker internazzjonali Aviv Vana.

Ix-show taż-żfin jisimha Evolution u se tittella’ għada s-Sibt 3 ta’ Diċembru fis-7:30pm fit-Teatru Astra, fir-Rabat Għawdex. Il-biljetti tista’ takkwistahom billi ċċempel fuq 99859691.

evolution-poster

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.