HomeEwleninIl-ħarsa ta’ għajnejh mimlija kuraġġ

Il-ħarsa ta’ għajnejh mimlija kuraġġ

Ilbieraħ Bjorn Formosa, il-fundatur tal-ALS Malta, saritlu l-ewwel operazzjoni fl-istonku. Wara l-operazzjoni aħna konna hemm miegħu u għalkemm kellu nifsu maqtugħ, il-ħarsa ta’ għajnejh kienet mimlija kuraġġ.

Wara din l-operazzjoni, Bjorn ma jistax jiekol aktar b’mod naturali minħabba li l-muskoli ta’ sidru u tan-nifs mhuex qed jaħdmu kif suppost. Huwa qalilna li n-nifs qed jispiċċalu bil-mod u biex jevita li l-ikel imurlu fil-pulmun, kellu jagħmel din l-operazzjoni. L-operazzjoni kienet suċċess u bħalissa Bjorn għadu l-isptar għall-osservazzjoni.

Minħabba li Bjorn mhux se jkun jista’ jiekol aktar b’mod naturali, se jibda jieħu n-nutrijenti bżonnjużi kollha permezz ta’ pajp fl-istonku.

Meta wasalna l-isptar, Bjorn u Maria laqgħuna bit-tbissima u l-pożittività ta’ Bjorn tibqa’ xi ħaġa li timpressjonana mmens. Bjorn xtaq jirringrazzja lil kulħadd tas-sapport u kompla jgħid li għada, mill-isptar se jibqa’ sejjer dritt l-uffiċċju tiegħu tal-ALS Malta biex ikompli bil-ħidma biex tinstab il-kura għal din il-marda kiefra.

Kitba: Anita Vassallo Piccinino

Kummenti

Share With:
Rate This Article
Author

hod@smartict.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.