HomeInternazzjonaliAħbarijietIl-PN jingħata żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament

Il-PN jingħata żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament

Ftit tal-minuti ilu l-Qorti Kostituzzjonali tat żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament lill-Partit Nazzjonalista. Dan ġara wara li nstab li kien hemm żball f’wieħed mill-pakketti tal-għadd tal-voti fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet. Id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mil-lum stess, imma minkejja li l-Qorti tat żewġ siġġijiet aktar lill-Partit Nazzjonalista, ma’ ħaditx siġġijiet tal-Partit Laburista.

Dan ifisser li għall-ewwel darba fl-istorja politika ta’ Malta, se jkollna Parlament b’71 membru.

Wieħed mill-membri parlamentari ġodda se jkun żgur Edwin Vassallo. Il-membru parlamentari l-ieħor għadu jrid jintagħżel.

Wara din id-deċiżjoni, Simon Busuttil esprima l-ferħ tiegħu fuq Facebook u qal: “After almost four years, justice has been served and the poeple’s vote will be represented in Parliament.”

“Is-sewwa jirbaħ żgur!” – Simon Busuttil

screen-shot-2016-11-25-at-10-07-38-am

Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima d-diżappunt tiegħu fuq Twitter: “Deeply disappointed at court ruling on composition of Parliament.” Madanakollu qal li se jirrispetta din id-deċiżjoni tal-Qorti.

“We respect and will implement” – Joseph Muscat

screen-shot-2016-11-25-at-10-08-50-am

F’Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa se niddiskutu din id-deċiżjoni u s-sitwazzjoni politika f’Malta.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.