HomeLokaliDivertimentIllejla f’Xarabank għandna sufan mimli ‘babies’!

Illejla f’Xarabank għandna sufan mimli ‘babies’!

Il-baby l-ġdid ta’ Ludwig Galea, il-baby ta’ Andy Catania, il-Kink ta’ Klassi Għalina, il-baby ta’ Michelle tal-Firelight, it-twins ta’ Claudette Abela Baldacchino, il-baby ta’ Wayne Aquilina ta’ Espresso, u t-twins ta’ Belinda…kollha se jkunu f’Xarabank tal-lejla…kollha fuq sufan wieħed…sufan twil ħafna!

Bħalma nagħmlu kull sena fl-edizzjoni speċjali tal-Ewwel tas-Sena, f’Xarabank ta’ din is-sena wkoll stedinna diversi personalitajiet li fl-aħħar xhur kellhom tarbija, jew aktar minn tarbija waħda. Ilkoll jitkellmu dwar x’ħassew meta saru ommijiet u missirijiet, u dwar il-ħajja l-ġdida tal-familja bit-tarbija l-ġdida.

claudette-u-kevin

andy-u-l-mara

michelle-firelight

ludwig

Barra dawn il-mistiedna, f’Xarabank tal-lejla għanda sufan ieħor bil-mużiċisti u t-tfal tagħhom. Fost l-oħrajn se jkollna lill-Pusè u lit-tifel tiegħu, li se jdoqqu flimkien. Lit-tifel tal-Pusè, Peppi jistaqsih jekk jaħsibx li se jkun vjolinista aħjar minn missieru meta jikber. Se jkollna wkoll lit-tliet ġenerazzjonijiet ta’ Vinnie Vella, jiġifieri Vinnie Vella, Vinnie Vella ‘Junior’ u t-tifel tiegħu Jamie.

sufan-muzicisti

Se jkollna wkoll lil Hector Bruno u lill-ħabib tiegħu Ron Briffa, u Ron u Hector se jagħtu rigal lil xulxin illejla. Il-ftehim kien li ma jonfqux aktar minn €5. U għadna magħna lil Elio Lombardi, u lil ibnu Gino Lombardi. Elio għamel ħadem aktar minn 90 film!

sufan-shih

sufan-mps

U fl-aħħar għandna sufan ħelu b’żewġ koppji Għawdxin ta’ membri parlamentari. Għandna lill-Onorevoli Franco Mercieca flimkien mal-mara tiegħu Patricia, u lill-Onorevoli Chris Said flimkien mal-mara tiegħu Linda. Franco u Patricia jitkellmu dwar kif fost l-oħrajn, il-politika qarrbithom lejn xulxin bħala familja, u Chris u Linda jitkellmu dwar kif addottaw iż-żewġt itfal tagħhom, u mbagħad kif aktar tard kellhom it-tifel naturali tagħhom.

franco-mercieca

chris

Xarabank jibda minn hawn u ftit ieħor u llejla aħjar ma titilfux!

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.