HomeInternazzjonaliKurżitajietIn-numru 21249200 spiċċa fil-posta

In-numru 21249200 spiċċa fil-posta

Ilbieraħ fl-uffiċċju tagħna ta’ Xarabank ċemplet persuna. Il-konversazzjoni ma’ din il-persuna kienet hekk. L-ewwel tkellem il-membru tat-tim ta’ Xarabank:

“Hello?”

“Hello…iċ-ċekk għadni ma rċevejtux jien hi.”

Tfixkilna. Fhimna li kien wrong number u qtajna. Wara ftit daħlet telefonata oħra…

“Hello?”

“Sorry ta…iċ-ċekkijiet bdew jitqassmu?

Bdenja narawha stramba. Imma komplejna b’xogħlna. Imbagħad daħlet telefonata oħra…

“Hello?”

“Hello hemmhekk mhux il-Posta?”

Imbagħad indunajna x’ġara. Bi żball, tal-Posta niżżlu n-numru ta’ Xarabank, it-21249200, bħala n-numru tal-Posta ta’ Birkirkara.

Ritratt: sorryimages.love

Kummenti

Share With:
Rate This Article

peppi.azzopardi@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.