HomeBla Kantunieri“It-tifla tiegħi ilha 3 ijiem ma tistax tmur l-iskola”

“It-tifla tiegħi ilha 3 ijiem ma tistax tmur l-iskola”

Tkellmet magħna omm ta’ tifla bi bżonnijiet speċjali u qaltilna li t-tifla tagħha, li għandha 10 snin, ilha ma tmur skola għal dawn l-aħħar tliet ijiem għaliex l-LSA tagħha ma tiflaħx. L-omm qaltilna li għalkemm l-LSA għandha dritt tkun ma tiflaħx, hi tħoss illi din hija inġustizzja, għaliex mhux sewwa li t-tfal li jkollhom bżonn LSA ikunu kkundizzjonati b’dan il-mod.

Meta l-head tal-iskola qalilha biex tieħu t-tifla d-dar, l-omm tgħid illi t-tifla daret fuqha u staqsietha,

“Għaliex qed ikeċċuni mill-iskola?”

L-omm tkompli tispjegalna illi fl-istess sitwazzjoni tagħha hemm tfal oħra li wkoll qed jintbagħtu d-dar għaliex ma jkunx hemm LSA.  Aħna ġejna nfurmati minn persuni qrib id-Dipartiment tal-Edukazzjoni illi jekk l-LSAs jkollhom tfal shared, dawn jistgħu joqgħodu mal-għalliema tal-klassi. Iżda jekk LSAs jkollhom tfal one-to-one dawn bilfors irridu joqgħodu mal-LSA tagħhom, jiġifieri meta LSA tkun ma tiflaħx it-tfal jintbagħtu d-dar.

 

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Jessica.camilleri@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.