HomeInternazzjonaliAħbarijietJekk jidħollok xi ħadd id-dar biex jisirqek tista’ tisparalu?

Jekk jidħollok xi ħadd id-dar biex jisirqek tista’ tisparalu?

Mara anzjana sparat diversi tiri b’pistola lil ħalliel li daħal jisraqha fid-dar tagħha. Rebbie Roberson, li għandha 73 sena u tgħix waħedha, kienet qiegħda fid-dar tagħha f’Bowie County, f’Texas, l-Istati Uniti, meta raġel armat daħlilha d-dar biex jisraqha.

Ritratt minn CNN - Ritratt li juri l-anzjana ta' 73 sena tispjega kif daret l-arma tan-nar f'ideja ppuntata lejn l-aggressur

L-anzjana ta’ 73 sena tispjega kif dawret l-arma tan-nar f’idejha u ppuntata lejn l-aggressur. Ritratt minn CNN.

Il-mara rrakkontat mal-media li kif qamet mis-sodda sabet il-ħalliel jipponta pistola ma’ wiċċha. Kif rat il-ħalliel, daret għall-pistola tagħha u ppuntata lejh ukoll. Il-ħalliel qisu ma kienx qed jistenniha dil-ħaġa, u kif ra hekk beża’, u ħarab jiġri ’l barra mid-dar mingħajr ma seraq xejn.

Imma x-xwejħa ma kinitx kuntenta b’daqsekk. Niżlet tiġri warajh u baqgħet tispara fid-direzzjoni tiegħu u fil-frattemp għamlet ħafna toqob fil-ħajt u fis-sopraporti tad-dar.

 

“Malli rajtu se jisraqni ridt noqtlu. Għax jew ħa mmut jien, jew ħa jmut hu!” qalet il-mara lill-media Amerikana.

Ritratt minn CNN - .38-caliber revolver , it-tip ta' pistola li sparat biha l-anzjana.

.38-caliber revolver, it-tip ta’ pistola li sparat biha l-anzjana. Ritratt minn CNN.

L-awtoritajiet għaddejjin bi tfittxijiet intensivi għal dan ir-raġel li s’issa għadu ma nstabx. Waqt li kienet qed tinvestiga, il-Pulizija staqsiet lill-anzjana jekk ir-raġel intlaqatx mill-isparaturi tagħha imma ma kellhiex risposta.

screen-shot-2017-01-05-at-00-48-25

Waħda mit-toqbiet li ħallew l-isparaturi tal-anzjana fid-dar tagħha

Fl-Istat ta’ Texas u f’parti kbira mill-istati fl-Istati Uniti, il-liġi tippermetti li n-nies ċivili jżommu f’darhom jew iġorru fuqhom arma tan-nar biex jiddefendu lilhom infushom u lill-familji tagħhom f’każ ta’ attakk. Għaldaqstant, jekk ir-raġel jinqabad u jirriżulta li ntlaqat, l-anzjana ma teħel xejn xorta, għaliex kellha kull dritt li tiddefendi ruħha b’dak il-mod.

 

 

F’Malta, mill-banda l-oħra, l-istorja hija daqsxejn differenti. Aħna tkellimna mal-avukat Dr Kathleen Grima u staqsejniha jekk il-liġi f’Malta tippermettilekx li tispara lil xi ħadd jekk jidħollok id-dar biex jisirqek.

Ibda biex, il-liġi f’Malta ma tippermettix li żżomm fuqek arma tan-nar mingħajr liċenzja. Imma anke jekk għandek arma tan-nar bil-liċenzja, il-liġi f’Malta tirrestrinġik ħafna kif tista’ tużaha. It-tieni, anke jekk jidħol xi ħadd f’darek biex jisirqek, m’għandek l-ebda dritt li tweġġgħu, bl-ebda mod, aħseb u ara tisparalu jew toqtlu!

“Il-liġi Maltija tippermettilek li toqtol lil xi ħadd bħala mezz ta’ self-defense,” tgħid Dr Grima. Imma m’hemmx linja dritta li tiddefinixxi fejn jibda u jispiċċa s-self-defense.

“Jekk ma ppruvax iweġġgħek ma tistax toqtlu.”

“Jekk ma pruvax iweġġgħek ma tistax toqtlu,” tkompli tispjega Dr Grima. “Biex tispara (u toqtol) f’każ ta’ self-defense, irid ikun hemm il-ħajja tiegħek f’periklu ċar, inti ma tkunx tista’ taħrab jew tevita l-aggressur, u trid tirrispondi għat-theddida b’mod proporzjonat.”

kathleen

L-avukat Dr Kathleen Grima

Imma jekk bil-biża’ u l-paniku li jaqbdek f’dak il-mument, tisparalu u toqtlu, il-Qorti tieħu in konsiderazzjoni li f’dak il-mument ma kontx qed tirraġuna b’mod għal kollox ċar u, filwaqt li twaħħlek xorta, jaf tnaqqaslek il-piena.

Inti taqbel mal-liġi kif inhi f’Malta? Kieku jidħollok xi ħadd id-dar biex jisirqek x’tagħmel? Bħalissa fuq din il-website għandna poll li fiha qed nistaqsu lill-Maltin jekk jaqblux li għandu jkollhom id-dritt li jisparaw lil ħalliel li jidħol f’darhom. Ivvota issa!

 

 

 

Inti taqbel li jekk jidħollok ħalliel id-dar għandu jkollok id-dritt li tisparalu?

Loading ... Loading ...

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.