HomeBla KantunieriJirċievu messaġġ mingħand l-Edukazzjoni fl-4 ta’ filgħodu

Jirċievu messaġġ mingħand l-Edukazzjoni fl-4 ta’ filgħodu

Minkejja li lbieraħ kienet festa pubblika, jidher li s-service provider tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma ħadhiex off. Dan għaliex diversi ġenituri lmentaw ma’ xarabank.com.mt li fl-erba’ nieqes kwart ta’ filgħodu daħlilhom messaġġ fuq il-mobile mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex ifakkarhom jiffirmaw karta li ntbagħtitilhom id-dar mill-iskola.

Għalkemm dan il-messaġġ kien indirizzat biss lill-ġenituri li għandhom it-tfal fir-raba’ sena, jidher li rċevewh ukoll il-ġenituri li m’għandhomx tfal fir-raba’ sena.

Kif jixhdu dawn ir-ritratti, l-aħħar messaġġ li rċevew kien għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu.

Għal darba oħra, Sur Service Provider, mhix se taqa’ d-dinja għax tieħu Jum ir-Repubblika off!

messaġġ

messaġġ
messaġġ

 

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Jessica.camilleri@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.