HomeInternazzjonaliKurżitajietKieku liema pastur tagħżel li tkun?

Kieku liema pastur tagħżel li tkun?

Meta kont żgħir ġieli kont qed tarma l-presepju u f’qalbek xtaqt li kont xi pastur? Xi ragħaj? Jew xi wieħed mis-slaten maġi? Aħna tkellimna ma’ grupp ta’ nies li llum m’għadhomx żgħar u bnew presepju enormi f’nofs il-Pjazza tal-Vatikan. U staqsejnihom: “Minn dawk il-pasturi kollha li bnejtu, liema wieħed tixtiequ li tkunu?”

Aħna segwejna l-proċess kollu tal-bini tal-presepju tal-Vatikan, minn meta beda jinbena fil-garaxxijiet f’Għawdex, sa meta twaħħal f’postu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Grazzi għal Hamilton Travel, aħna morna Ruma meta dawn l-Għawdxin kienu qed jarmaw il-presepju u staqsejnihom ħafna affarijiet, imma għal-lum qed nurukom biss x’qalulna meta staqsejnihom din il-mistoqsija.

Biex tkun taf liema pastur għażlu li jkunu, ara dan il-filmat qasir!

Aħna se nkomplu nżommukom aġġornati b’aktar filmati u intervisti mill-Vatikan f’Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa u f’xarabank.com.mt.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.