HomeLokaliDiskussjoni”L-aktar operazzjoni diffiċli kienet meta operajt lil missieri” – Franco Mercieca

”L-aktar operazzjoni diffiċli kienet meta operajt lil missieri” – Franco Mercieca

It-tobba u l-kirurgi jafu li għalkemm ix-xogħol tagħhom iridu jagħmluh b’imħabba u dedikazzjoni kbira, għaliex qed jieħdu ħsieb is-saħħa ta’ nies vulnerabbli, waqt xogħlhom iridu jkunu distakkati minn kull emozzjoni. Jafu li jekk iħallu l-emozzjoni tiġri bihom, qalbhom tmexxi ’l moħħhom u jispiċċaw jagħmlu xogħol ħażin.

Għalhekk, għal ħafna tobba u kirurgi, l-aktar ħaġa diffiċli hija li joperaw persuni qrib tagħhom. Wieħed minn dawn il-kirurgi huwa l-professjonist tal-għajnejn u deputat parlamentari Laburista Franco Mercieca. Dr Mercieca kien f’Xarabank flimkien mal-mara tiegħu Patricia lbieraħ u rrakkonta kif l-aktar mument diffiċli fil-karriera tiegħu kien meta kellu jopera lil missieru stess.

“Dakinhar li kelli nopera lil missieri trattajtu bħala pazjent normali. Lanqas biss mort inkellmu qabel għax inkella kienet se tkun diffiċli wisq għalija.”

“Lanqas mort inkellmu qabel l-operazzjoni għax inkella kienet se tkun diffiċli wisq għalija.”

Missier Franco Mercieca li sfortunatament ħalla din id-dinja 8 snin ilu.

Missier Franco Mercieca li sfortunatament ħalla din id-dinja 8 snin ilu.

Dr Mercieca spjega li fejn jidħlu l-familjari, ix-xogħol tat-tobba huwa ħafna aktar diffiċli, u tmur kontra n-natura tiegħek bħala bniedem li tipprova topera lil missierek mingħajr ma tħoss xejn.

“Bħala kirurgu trid tkun cold, in a way. Ma tistax toqgħod taħseb u tiddubita. You have to go and do it,” jgħid Dr Mercieca, “u għalhekk kienet diffiċli ħafna.”

Il-papà tal-Onorevoli Franco Mercieca sfortunatament miet tmien snin ilu.

Fuq nota differenti, fl-intervista tal-bieraħ, il-mara ta’ Franco, Patricia, qalet li l-politika għaqqdithom flimkien bħala familja. Patricia spjegat kif il-fatt li qed ikollhom ħafna impenji fejn jiġu mistiedna ma’ xulxin, qed iwassalhom biex iqattgħu aktar ħin flimkien.

“Qabel konna nkunu hu x-xogħol u jien id-dar u bilkemm konna niltaqgħu,” spjegat Patricia, “imma kemm ilu fil-politika, jien interessajt ruħi u dħalt fl-affarijiet tiegħu u qed immorru ħafna postijiet flimkien, u allura ngħaqadna aktar.”

 

Ritratt: MaltaToday

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.