HomeEwlenin”Meta ċempilli Simon Busuttil ħadt xokk kbir” – Salvu Mallia

”Meta ċempilli Simon Busuttil ħadt xokk kbir” – Salvu Mallia

Ilbieraħ Salvu Mallia ikun aċċettat bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

Kif sirt taf?

Ċempilli Simon Busuttil

Kif ħadtha?

Ħadt xokk kbir

Għaliex?

Għax għalija din ħaġa ġdida. Inħoss li fiha ħafna responsabbiltà. Il-politika hija ambjent ġdid għalija.

Allura issa tħossok “politiku”?

Le ta, mhux eżatt. L-interessi tiegħi imorru lil hinn mill-politika partigjana.

X’jiġifieri?

Jien ħa nkun qisni mal-PN imma xorta mhux ġol-PN fis-sens dejjaq tagħha. Jien illum inħossni parti minn koalizzjoni

X’inhi din il-koalizzjoni?

Koalizzjoni ta’ dawk kollha li jemmnu li Joseph Muscat ma għandux jibqa’ Priministru ta’ pajjiżna. Jiena qed inwieġeb għas-sejħa ta’ Simon Busuttil biex ikun hawn koalizzjoni ta’ dawk li llum jemmnu li Joseph Muscat ma jistax jibqa’ Prim Ministru  ta’ dan il-pajjiż.

Irrabjat?

Irrabjat għax jien inħossni tradut mill-Gvern li la hu Laburist u lanqas Nazzjonalist.

Temmen li l-PN jista’ jirbaħ l-elezzjoni?

Il-PN għandu bżonn jagħti kas lil nies bħali li vvutaw Labour fl-elezzjoni li għaddiet u li issa bħali jaħsbu li dan il-pajjiz għandu bżonn bidla.

X’inhu il-programm eletorali tiegħek?

L-għan tiegħi bħala persuna xellugija huwa li naħdmu favur kultura ta’ gustizzja u kontra l-ħabi u l-koruzzjoni.

U jekk il-PN jibda jdejqek wkoll?

Jien lest li nikkritika lil Simon Busuttil u fejn Busuttil u l-PN imorru kontra il-prinċipji tiegħi, eżempju f’prinċipji bħad-divorzju, ma nistax inkun f’Partit li jkun kontra id-divorzju.

X’taħseb fuq il-Partit immexxi minn Marlene Farrugia?

Nemmen li partit bħal ta’ Marlene Farrugia huma importanti u bżonn f’dan il-pajjiż iżda nemmen li bħalissa dawn il-partiti ż-żgħar se jagħtu vantaġġ lil Joseph Muscat. Għalhekk jien iddeċidejt li nkun mal-PN.

Jekk titla’ fil-Parlament?

Jekk inkun fil-Parlament naħdem bla nifs biex imexxi l-kultura u l-edukazzjoni ‘l quddiem. Nemmen li dawn huma iżjed importanti mill-ekonomija.

Tasal biex twaqqa’ l-Gvern?

Hekk jaqa’ l-gvern ma nkunx waqajtu jien, imma għax ma jkunx żamm mal-ġurament li jservi lil Malta l-ewwel u qabel kollox.

Il-politika taf tibdlek…

Jiena se nibqa Salvu Mallia u mhux se nsir Salvu Mallia PN

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Jessica.camilleri@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.