HomeLokaliAttivitajietMin hu l-aktar qammiel minn dawn il-personalitajiet?

Min hu l-aktar qammiel minn dawn il-personalitajiet?

Morna wara l-kwinti tal-pantomima SKRUĊ, li bħalissa qed issir fl-Istitut Kattoliku, u staqsejna lill-personalitajiet li qed jieħdu sehem fiha kemm jaħsbu li huma qammelin minn 1 sa 10, staqsejnihom min hu l-aktar qammiel minn sħabhom il-personalitajiet, u staqsejnihom x’kien l-aktar rigal tal-qamel li qatt irċevew u l-aktar rigal qal-qamel li qatt taw lil xi ħadd.

Ħsibna li nistaqsuhom mistoqsijiet fuq il-qamel peress li din is-sena, il-pantomima tal-Istitut Kattoliku inbniet dwar l-istorja popolari ta’ Scrooge – il-karattru popolari tal-awtur Ingliż Charles Dickens. Il-pantomima ta’ din is-sena hija differenti ħafna mis-soltu, mhux biss għax fiha qed jieħdu sehem fost l-aqwa kantanti, personalitajiet u komiċi Maltin, imma wkoll għaliex l-istejġ huwa maqsum f’żewġ livelli u huwa miksi bid-dwal LEDs li fuqhom qed jiġu proġettati xeni spettakolari.

Fost il-personalitajiet li qed jieħdu sehem hemm Rodney Gauci fil-parti tad-Dama, Ian Fenech fil-parti ta’ Skruċ, Snits fil-parti ta’ Marley, Jeffrey Scicluna fil-parti tal-Ispirtu tal-Passat, Mark Tonna fil-parti tal-Ispirtu tal-Preżent, Tizjana fil-parti tal-Ispirtu tal-Futur, Leontine fil-parti tas-saħħara l-ħażina jisimha Panamage, Julie Pomorski, Danusan, Kevin Calleja, Gaia u Maxine Pace fost l-oħrajn. Il-pantomima hija fuq produzzjoni ta’ Pawlu Testa, Direzzjoni ta’ Ray Abdilla u kitba ta’ Rodney Gauci.

Aħna tkellimna mal-imħuħ ta’ din il-pantomima u qalulna li dis-sena kienet suċċess fenomenali li ma kinux qed jistennew bħalu. “S’issa ġew jarawna 9,000 ruħ…id-doppju ta’ kemm ġew is-sena l-oħra,” qalilna Pawlu Testa.

“S’issa ġew jarawna 9,000 ruħ…id-doppju ta’ kemm ġew is-sena l-oħra.”

Il-pantomima SKRUĊ se ttella’ l-aħħar żewġ rappreżentazzjonijiet nhar is-Sibt li ġej 14 ta’ Jannar fis-7pm u nhar il-Ħadd li ġej 15 ta’ Jannar fl-4pm. Tista’ tibbukkja fuq www.activemalta.com jew inkella mill-booking office tal-Istitut Kattoliku stess.

Ikteb “jien qammiel” fil-kummenti u tista tirbaħ 2 biljetti biex tmur tara din il-pantomima.

Ritratt tal-faċċata: Viktor Vella

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.