HomeInternazzjonaliKurżitajiet“Naħseb li ħa nkun aħjar minn missieri”- it-tifel tal-Puse

“Naħseb li ħa nkun aħjar minn missieri”- it-tifel tal-Puse

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet f’Xarabank għamilna xi ħaġa li kien ilna żmien twil biex nagħmluha. Stedinna lil George Curmi l-Puse mat-tifel tiegħu Bernard. Bernard idoqq il-vjolin bħal missieru u diġà marru jdoqqu flimkien f’diversi postijiet.

Waqt il-programm, Peppi staqsa lil Bernard: “Allura inti taħseb li għad tkun aħjar minn missierek?” Mingħajr ma ħasibha wisq, it-tifel wieġbu: “Naħseb, iva, għax jien bdejt indoqq il-vjolin qablu.” Dan għaliex George Curmi l-Puse ilu jdoqq il-vjolin minn meta kellu 12-il sena, imma Bernard beda jistudja l-vjolin ta’ 4 snin biss!

Bernard verament huwa vjolinist tajjeb ħafna u waqt il-programm daqq biċċa mużika ma’ missieru. Tista’ ssegwi dan il-mument ħelu hawn taħt:

 

Il-Puse u t-tifel tiegħu kienu qegħdin fuq sufan ikkulurit ħafna, b’diversi mużiċisti oħra, kittieba, u diretturi tal-films. Fosthom, kien hemm Vinnie Vella, it-tifel tiegħu Vinnie Vella ‘Junior’ u t-tifel tiegħu Jamie, il-komiku Hector Bruno u l-ħabib tiegħu Ron Briffa u Elio Lombardi u t-tifel tiegħu Gino Lombardi.

sufan-shih

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.