HomeLokaliDiskussjoniSkont il-Qorti l-Partit Laburista jista’ jibqa 5 snin oħra fil-Gvern

Skont il-Qorti l-Partit Laburista jista’ jibqa 5 snin oħra fil-Gvern

Ilbieraħ waqt Xarabank l-avukati Robert Abela u Paul Borg Oliver iddiskutew iż-żewġ siġġijiet il-ġodda fil-Parlament li ingħataw lill-Partit Nazzjonalista. Dan wara li l-ġimgħa l-oħra il- Qorti Kostituzzjonali sabet li kien hemm żball f’wieħed mill-pakketti tal-għadd tal-voti fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet.

Iżda lbieraħ l-avukat Robert Abela għamel stqarrija importanti ħafna, li b’din is-sentenza tal-Qorti, il-Gvern Laburista jista’ jagħmel 5 snin oħra mingħajr ma jkollu jagħmel elezzjoni ġenerali. Għaliex skont l-Artiklu 75 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-Partit jitla’ fil-Gvern minn meta l-kumissjoni elettorali tippublika r-riżultat elettorali.

F’dan il-każ allura r-riżultat elettorali ġie ppublikat uffiċjalment nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru u mhux f’Marzu tal-2013. L-avukat Abela kompla jispjega illi b’hekk is-sentenza li ingħatat il-Ġimgħa li għadda tat lok għall-interpretazzjonijiet differenti, għaliex jekk nieħdu dak li teknikament tgħid il-Qorti Kostituzzjonali l-ħames snin ta’ Gvern Laburista bdew mill-Ġimgħa 25 ta’ Novembru. Fil-fatt Dr. Abela jgħid,

“f’dan il-każ ma jiddeċidiex il-poplu b’elezzjoni ġenerali imma l-Qorti Kostituzzjonali”

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Jessica.camilleri@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.