HomeTermini u Kundizzjonijiet

 

Xarabank.com.mt huwa s-sit uffiċjali tal-programm Xarabank – l-aktar programm segwit f’Malta. Sa minn meta beda fl-1997, Xarabank minn dejjem kien il-programm li jagħti vuċi lin-nies; Xarabank ikun hemm fejn tiġri l-istorja, ikun hemm man-nies f’Malta u barra minn xtutna; Xarabank jinvestiga u jiddiskuti; Xarabank huwa programm divertenti għall-familja kollha.

 

Copyright ta’ xarabank.com.mt

Kull kitba, ritratt, filmat, artiklu u kwalunkwe materjal ieħor li hawn f’dan is-sit huma propjetà ta’ Xarabank u WE Media Company Limited. Kull dritt hu riservat mill-kumpanija WE Media. Il-qarrejja jistgħu jaċċessaw il-kontenut ta’ xarabank.com.mt għall-użu personali tagħhom biss, u mhux għal skopijiet kummerċjali. Il-qarrejja ma jistgħux jikkupjaw jew jirriproduċu, bl-ebda mod, kwalunkwe materjal li hawn f’dan is-sit mingħajr ma jikkuntattjaw lil Xarabank. Dan jistgħu jagħmluh billi jibagħtu email lill-editur fuq xarabank@tvm.com.mt.

 

Termini u kundizzjonijiet tal-qarrej

Xarabank.com.mt tirreferi għal dan in-network.

Meta l-qarrej ikun qed juża dan in-network ikun qiegħed awtomatikament jaċċetta dawn it-termini u kundizzjonijiet.

Biex tikkummenta fuq xarabank.com.mt jeħtieġ tirreġistra fuq Facebook. Ladarba tlesti r-reġistrazzjoni fuq Facebook tkun awtomatikament aċċettajt it-termini u l-kundizzjonijiet. Meta tabbona għas-servizz tal-email tagħna tkun aċċettajt it-termini u l-kundizzjonijiet. Biex taqra dawn it-termini u kundizzjonijiet mur fil-paġna li jisimha ‘Privatezza.’

 

  1. L-użu ta’ materjal li jidher fuq xarabank.com.mt

F’dan il-kuntest, il-kelma “materjal” tfisser: il-kitba, filmati, grafika, ritratti u materjal tal-awdjo ippubblikati fuq xarabank.com.mt.

Il-materjal li hawn fuq dan is-sit tista’ tniżżlu jew tipprintjah għall-użu personali tiegħek biss. Mhux permess li tuża dan il-materjal għal skopijiet kummerċjali.

Ma tistax tikkopja jew tirriproduċi l-ebda parti, bl-ebda mod, minn xarabank.com.mt. Mhux permess li kwalunkwe materjal minn dan is-sit jinħażen fuq xi sit ieħor, sakemm ma jinħariġx permess apposta minn Xarabank. Jekk tixtieq titlob permess biex tuża xi materjal minn fuq dan is-sit tista’ tibgħat email lill-editur fuq xarabank@tvm.com.mt

 

  1. Twissija

Siti oħra jistgħu jkunu aċċessati minn xarabank.com.mt. Dawn is-siti mhux propjetà ta’ Xarabank u għaldaqstant Xarabank ma jistax jinżamm responsabbli għall-kontenut tagħhom.

Ma nistgħux niggarantixxu li xarabank.com.mt u l-kontenut kollu ta’ ġo fih huwa kompletament ħieles mill-viruses. Wieħed għandu jieħu l-prekawzjonijiet kollha meta jkun qiegħed juża dan is-sit. Xarabank mhux responsabbli għal ħsarat jew kontaminazzjoni fuq software jew aġġeġġi oħra li jirriżultaw minn dan is-sit jew minn siti oħra li jiġu aċċessati minn dan is-sit.

 

  1. Materjal ta’ terzi persuni fuq xarabank.com.mt

Fuq xarabank.com.mt jidher reklamar ta’ terzi persuni. Persuni individwali li jirreklamaw fuq dan is-sit huma responsabbli għall-kontenut li jagħtu lis-sit u għandhom jaċċertaw ruħhom li l-kontenut tar-reklami tagħhom ikun konformi mal-liġi ta’ Malta. Xarabank mhux responsabbli tal-kontenut tar-reklamar, anke f’każ ta’ żbalji ortografiċi, nuqqasijiet jew ineżattezzi oħra.

Jekk tixtieq tirreklama fuq xarabank.com.mt ibgħat email fuq sales@wemedia.com.mt.

 

  1. Ritratti u materjal grafiku għall-pubblikazzjoni

Il-materjal li jintbagħat biex jiġi ippubblikat fuq xarabank.com.mt għandu jkun veritier u ġenwin, u min jibagħtu għandu jidentifika ruħu b’mod ċar. Il-materjal li jintbagħat għandu jkun ix-xogħol ta’ min bagħtu jew inkella jkun intbagħat bil-permess tal-awtur tal-materjal. Persuna li tibgħat xi materjal lil Xarabank, awtomatikament tkun qed tagħti d-dritt u l-liċenzja lit-tim ta’ Xarabank biex jippubblika dak il-materjal fuq dan is-sit, fuq it-televiżjoni, jew fi kwalunkwe mezz ieħor, stampat jew diġitali.

Il-materjal li jintbagħat lil xarabank.com.mt jista’ jiġi editjat, maqtugħ, irranġat, mibdul jew imneħħi minn fuq is-sit skont kif it-tim ta’ Xarabank jaħseb li hu l-aħjar.

L-isem tal-persuna li tkun bagħtet il-materjal jiġi ippubblikat maġenb il-materjal, imma jistgħu jiġu mħassra kummenti li jinkitbu taħt il-materjal wara li dan il-materjal jiġi ippubblikat.

 

  1. Kitba għall-pubblikazzjoni

Jekk trid tgħaddi xi materjal lit-tim ta’ Xarabank biex jiġi ippubblikat fuq xarabank.com.mt jew waqt il-programm, tista’ tagħmel dan billi ssegwi t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ hawn taħt:

(i) Il-pubblikazzjoni ta’ materjal li jitgħadda lil Xarabank huwa għad-diskrezzjoni ta’ Xarabank. L-editur jirriserva d-dritt li jżid, inaqqas jew ibiddel b’xi mod ieħor il-materjal qabel dan jiġi ippubblikat. L-editur jirriserva d-dritt ukoll li jagħżel li ma jippubblikax il-materjal.

(ii) Meta persuna tibgħat materjal lil Xarabank, tkun awtomatikament qed tagħti permess biex dan il-materjal ikun ippubblikat fuq dan is-sit, fuq it-televiżjoni jew fuq kwalunkwe mezz ieħor, stampat jew diġitali.

 

  1. Regoli tal-kummenti fuq Facebook u fuq is-sit ‘xarabank.com.mt’

Inti għandek dritt:

  • Tikteb bil-lingwa li hija l-aktar komda għalik
  • Tikteb il-kumment kif tixtieq int u tkun rasek mistrieħa li ħadd mhu se jimmodifika l-kumment bl-ebda mod

Dawn il-kummenti se jiġu mħassra:

  • Kummenti offensivi u li m’għandhomx x’jaqsmu mas-suġġett
  • Kummenti ta’ tgħajjir u attakki fuq persuna/persuni/kumpaniji
  • Kummenti diskriminatorji, razzisti u li jinċitaw mibegħda
  • Kummenti bi kliem oxxen u dagħa
  • Kummenti bi kliem mhux xieraq
  • Kummenti b’links għal siti oħra

 

  1. Force majeure

Minkejja li t-tim ta’ Xarabank jagħmel dak kollu li jista’ biex jipprovdi aċċess kostanti u bla problemi għal dan it-sit, ma nistgħux nagħtu garanzija ta’ dan. Għaldaqstant Xarabank ma jġorr l-ebda responsabbiltà f’każ ta’ interruzzjonijiet jew dewmien fis-sit.

Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma mmexxija minn u huma interpretati b’konformità mal-liġi ta’ Malta.