HomeLokaliTfajla Maltija għadha kemm tefgħet lill-għarus għall-adozzjoni

Tfajla Maltija għadha kemm tefgħet lill-għarus għall-adozzjoni

F’Malta hawn tfajla li mid-dehra l-għarus tagħha qabbiżhomlha (to say the least). Tant qabbiżhomlha li ftit tal-minuti ilu għadha kif tefgħetu għall-‘adozzjoni’ fuq il-paġna ta’ Facebook Are You Being Served.

Fuq din il-paġna ta’ Facebook, kuljum jitilgħu għexieren ta’ posts ta’ nies irrabjati dwar ħaġa jew oħra. L-ilmenti u s-suġġerimenti jkunu dwar kull ħaġa li tista’ timmaġina – min jilmenta għax ma qdewhx sew fir-restorant fejn mar jiekol, min jilmenta li tal-Kunsill għamlulu l-bankina għolja wisq, u saħansitra jkun hemm min jilmenta dwar il-ħajja privata sesswali tiegħu, li frankament, ħadd minna li ngħixu fid-dinja ma nistgħu nagħmlu xejn biex insolvuhielu.

Illum feġġ dan l-ispeċi ta’ ilment ġdid. Apparentament, din il-koppja ġġieldu waħda sew, u biex tkeċċih ’il barra mid-dar, din it-tfajla perrċitlu wiċċu fuq Facebook, qalet li tixtieq issiblu home u kif kienet fil-muża tal-mument, żvelat xi ħaġa pjuttost imbarazzanti dwar l-għarus tagħha.

S’issa għadna ma rnexxilniex nivverifikaw jekk din hix vera jew inkella hix ċajta. Imma l-fatt jibqa’ li din l-istorja żgur se tagħti ideat ġodda ta’ kif il-koppji jitilqu lil xulxin!

 

screen-shot-2017-01-02-at-16-25-58screen-shot-2017-01-02-at-16-31-05

 

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.