HomeEwleninXarabank – L-14-il programm

Xarabank – L-14-il programm

22:50 – Fabian Demicoli jirrakkonta kif kien segwa l-istorja ta’ Sophie Delezio, li snin ilu kienet rieqda ma’ sħabha tal-klassi fi play school u kien hemm raġel li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel b’kollox ġol-klassi fejn kienu t-tfal u għaffeġ lil Sophie. Sophie kellha ħruq ma’ ġisimha kollu u għal ftit ma mititx dakinhar. Illum Sophie hija żagħżugħa mimlija bil-ħajja u tgħix mal-familja tagħha l-Awstralja.

fabian-sophie-xarabank

22:45 – Il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ NET u l-ġurnalista ta’ ONE Fabian Demicoli u Nicole Buttigieg jirrakkontaw li barra mix-xogħol, għandhom relazzjoni pjuttost normali ma’ Joseph Muscat u Simon Busuttil.

fabian-tfajla-xarabank

22:38 – Justin Farrugia jirrakkonta r-relazzjoni speċjali li għandu maz-ziju John, li għandu l-kundizzjoni tad-Downs Syndrome.

strada-stretta-xarabank

22:32 – MINN HAWN U FTIT IEĦOR, għall-ewwel darba, il-Kap tal-Aħbarijiet tan-NET, Fabian Demicoli, u l-ġurnalista tal-ONE, Nicole Buttigieg, se jkunu maġenb xulxin fuq l-istess sufan u se nistaqsuhom kif jirnexxilhom jiġru wara l-politiċi biex jistaqsuhom il-mistoqsijiet jaħarqu. Ukoll, se niltaqgħu ma’ Justin Farrugia, wieħed mill-imħuħ wara s-serje Strada Stretta, u maz-ziju tiegħu John.

22:27 – “Jien għadni qatt ma dħalt fuq l-internet, imma nixtieq li nibda nużah” – Karmen Azzopardi.

22:22 – Il-Kap tal-Aħbarijiet Reno Bugeja jirrakkonta meta ġie mgħajjat biex bħala ġurnalist imur isegwi storja ta’ raġel li waqa’ żewġ sulari, u meta wasal induna li dak ir-raġel kien ħu l-mara tiegħu. “Il-mara tiegħi lanqas kienet taf, u jien mort u sibtu hemm. Fortunatament salva” – Reno Bugeja.

22:18 – Peppi, Pauline u Charles Miceli jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-ħabs u l-priġunieri f’Malta. Peppi u Charles jemmnu li l-ħabs kif inhu mhuwiex faċilità korrettiva kif ngħidu li hu.

missjunarju-xarabank

22:14 – “Ir-raġel tiegħi sfortuntament miet disa’ snin ilu u llum, avolja nirreċta  fuq il-palk, ġo fija għad hemm ix-xewqa li ngħaddi ħajja kontemplattiva” – Karmen Azzopardi.

22:12 – “Meta kont żgħira ridt nidħol soru, imma ma dħaltx tort tal-Madre Superjura” – Karmen Azzopardi. “Jien ma qtajtx qalbi, u ktibt lill-Monasteru ta’ Santa Tereża, fi Franza, u weġbitni oħt Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. Xorta ma laqgħunix imma. U spiċċajt iżżewġit u għext ħajja feliċi xorta waħda.”

attrici-xarabank

22:08 – Il-Kap tal-Aħbarijiet Reno Bugeja u l-mara tiegħu Grace jirrakkontaw kif iltaqgħu l-ewwel darba. Grace tant riditu li saħansitra fil-birthday tagħha kienet ċemplet Xandir Malta u talbitu jiddedikalha kanzunetta – u hu lanqas biss kien DJ! Grace tħobb tiċċelebrah ħafna l-birthday, tant li hi u Reno żżewġu fil-ġurnata tal-birthday tagħha u b’ċajta, Reno jgħid li hu għamel hekk biex jiffranka rigal.

reno-bugeja-xarabank

22:05 – L-attriċi Karmen Azzopardi tirrakkonta kif ħames snin ilu għamlulha operazzjoni open-heart u waqtha neħħewlha l-vina prinċipali ta’ qalbha – l-aorta – u minflokha poġġewlha vina ta’ baqra.

21:57 – MINN HAWN U FTIT IEĦOR se niltaqgħu mal-attriċi popolari Karmen Azzopardi, li ta’ 83 sena għadha kemm għamlet play li għaliha kellha titgħallem script ta’ 90 paġna. Ukoll…il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ PBS Reno Bugeja flimkien mal-mara tiegħu Grace. Kif iltaqgħu Reno u Grace? Reno se jirrakkonta kif darba mar jirrapporta storja ta’ raġel li waqa’ żewġ sulari u sab li dak ir-raġel kien jiġi minnu. U l-Kummissarju tat-tfal Pauline Miceli flimkien mar-raġel tagħha Charles Miceli ukoll se jkunu fuq is-sufan li jmiss. Fost l-oħrajn, Charles jaħseb li l-ħabs għandu jagħlaq, imma l-mara tiegħu ma taqbilx miegħu!

sufan-xarabank2

21:54 – Peppi jistaqsi lil Luke Dalli u lill-Ispettur Sandro Camilleri jekk hux se joħorġu għall-politika. X’se jagħmlu???

sufan-xarabank

21:51 – “Qabel kont naħseb li l-politiċi b’xi mod kollha kemm huma korrotti. Imma llum biddiltha fehmti. Għadni nemmen li hemm min hu korrott, imma nemmen li ħafna politiċi huma ġenwini u jaħdmu għall-ġid tal-pajjiż” – Miriam, il-mamà tad-deputat parlamentari Nazzjonalista Kristy Debono.

21:45 – Quinton jirrakkonta x’ġara meta Rodney minn Skjetti għamel intervista lill-Quċċu – ir-raġel li minkejja li għandu ż-żmien, għadu attiv sesswalment ħafna!

quinton-xarabank

21:40 – Herman, missier il-preżentatur Quinton Scerri, jirrakkonta kif it-tifel tiegħu Quinton sablu laqam – ir-rixu!

quinton-ma-missieru-xarabank

21:38 – L-Ispettur Sandro Camilleri jirrakkonta kif kull pulizija jrid javża lill-Kummissarju jekk ikun se jiżżewweġ. Peppi jistaqsi lill-Ispettur jekk hux għarus, u fil-pront taqbeż ommu u tgħid: “Kif jitlaq waħda tiġi oħra!” U l-Ispettur jistħi ħafna!

spettur-ma-ommu

21:37 – “Ir-rigali li tajtuni fil-baby shower ta’ Xarabank għadhom għandi u t-tifla għadha tużahom” – Kristy Debono, deputat parlamentari Nazzjonalista.

kirsty-xarabank

21:33 – “Il-papà kien hands-on ħafna fil-familja. Kien jagħmel ħafna affarijiet u nimmissjawh ħafna” – Kristy Debono.

21:31 – Il-mamà tad-deputat Nazzjonalista Kristy Debono, Miriam, tirrakkonta kif qatlu lir-raġel tagħha wara li tajruh.

kirsty-ommha-xarabank

21:28 – Il-Ministru Helena Dalli titkellem dwar il-premju prestiġjuż li rebħet ftit tal-ġimgħat ilu.

21:25 – Luke Dalli, wieħed mill-preżentaturi ta’ Tanatnejn u l-Ispettur Sandro Camilleri jiddiskutu dwar kif għamlu l-intervista fil-karozza.

sufan-xarabank

21:15 – MINN HAWN U FTIT IEĦOR se niltaqgħu mal-Ministru Helena Dalli u t-tifel tagħha Luke, id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono ma’ ommha Miriam, il-preżentatur Quinton Scerri ma’ missieru Herman u l-Ispettur Sandro Camilleri ma’ ommu!

21:06 – Bħalissa Peter Paul tat-Tribali qed jgħallem lill-udjenza u lit-tim ta’ Xarabank kif idoqqu f’orkestra ta’ strumenti riċiklati. Dan huwa parti minn proġett immirat biex jgħin lit-tfal fil-Filippini.

tribali-u-peppi

21:00 – Illejla għandna magħna lil Peter Paul tat-Tribali li minn hawn u ftit ieħor se jagħmel xi ħaġa impressjonanti mal-udjenza u t-tim ta’ Xarabank. Se jagħmel orkestra tal-perkussjoni magħmula minn strumenti ta’ oġġetti riċiklati u fl-orkestra se jkun hemm idoqqu nies li qatt qabel ma daqqew strument f’ħajjithom! Dan huwa parti minn proġett li permezz tiegħu Peter Paul u sħabu qed jiġbru l-flus biex jgħinu lit-tfal fil-Filippini.

20:51 – Għadu kif beda Xarabank! Fost l-oħrajn illejla għandna lill-Minstru Helena Dalli mat-tifel tagħha Luke, id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono u l-mamà tagħha, l-Ispettur Sandro Camilleri ma’ ommu, il-preżentatur Quinton Scerri ma’ missieru Herman, il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ PBS Reno Bugeja mal-mara tiegħu Grace, l-attriċi popolari Karmen Azzopardi, Il-Kummissarju tat-tfal Pauline Miceli flimkien mar-raġel tagħha Charles Miceli, Il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ NET News Fabian Demicoli mal-ġurnalista tal-ONE Nicole Buttigieg, u wieħed mill-imħuħ ta’ Strada Stretta, Justin, maz-ziju tiegħu, John. U llejla għandna t-Tribali wkoll…feat. l-udjenza u t-tim ta’ Xarabank!

Kummenti

Share With:
Rate This Article

mark.zammit@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.