HomeXarabank LiveProgrammiXarabank Live: 11 Programm

Xarabank Live: 11 Programm

22:34 – Joe Zammit li huwa fanatiku fuq Elvis Presley, jgħid li Elvis għadhu ħaj. Dan qal li fil-25 ta’ Mejju kien hemm wieħed raġel fl- Amerika li jgħid li ltaqa’ miegħu.  Josuel Grech minn naħa l-oħra li huwa  impersonator ta’ Elvis ma’ jemminx li għadhu ħaj għaldaqstant jiprova jagħmel kif jista’ biex jemitah kemm mill-mossi kif ukoll fil-vuċi.

 

22:00 – Tal-linja għall-Istrina

21:40 – Peppi Azzopardi waqt li qed jitkellem ma’ Fr Hillary irringrazzjah talli fetaħ post li jilqa’ nies bi problemi f’Paceville. Fr Hillary irrakkonta kif darba waqt li kien qiegħed fi trieqtu lejn il-Faċilitá korrettiva ta’ Raħal Ġdid waqu ħabsi li kien għadhu kif ħarab mill-ħabs pero’ ma kienx jaf u rikbu miegħu fil-karozza. Imma li ġara hu li waqt li kienu qed isuqu lejn il-ħabs, dak li kien għadhu kif ħarab saqsa lil Fr Hillary fejn kien sejjer u ovjament x’ħin qallhu li kien sejjer il-ħabs dan ħareġ jiġri minn ġol-karozza. Fr Hillary kien għadhu ma jafx x’ġara sakemm wasal il-ħabs u qalulhu bl-aħbar li kine ħarab xi ħadd mill-ħabs.

21:29 – Simone Cini fakret kif xarabank kien ittrasmetta live it-tieġ mar-raġel tagħha 17 -il sena ilu. Irrakkuntat ukoll kif din kienet l-Universita’ mal-Prim Ministru ta’ Malta l-Onv. Joseph Muscat u darba waħda kellha bżonn tagħmel xi xogħol għall-iskola u kien spiċċa kitibuwla bil-komputer Joseph Muscat.

Simone Cini

21:19 – Marlene Farrugia u ommha jispjegaw kif Marlene vera tħobb tgħin. Marlene qalet li kieku tista tmur f’pajjiżi fejn għaddejja gwerra ċivili biex toffri s-servizzi tal-mediċina tagħha u kif ukoll tgħin li dawk li għandhom bżonn u kompliet billi qalet li kieku tista’ issiefer għal kollox biex tgħinhom.

21:10 – Anna Bonanno titkellem fuq l-imħabba li għandha lejn ommha, imħabba tant kbira li kienet irrifjutat xogħol importanti mal-president biex tkun tista tieħu ħsieb lil ommha. Anna Bonanno għamlet appell lill-pubbliku biex minn għandhu l-privileġġ li għandhu l-ġenituri ħajjin igawduhom u jmorru jarawhom.

21:02 – Dawra esklussiva fil-karozza ma’ Ira Losco, din hija l-ewwel darba li Ira Losco qed tidher fuq it-televiżjoni minn meta saret mama!

20:58 – Xarabank jibda dalwaqt!

Fl-ewwel programm għall-Milied Xarabank ser ikollhu mistiedna lil Marlene Farrugia flimkien m’ ommha, lil Father Hillary, Anna Bonanno, Ira Losco, Ekklesia Sisters, Simone Cini u kif ukoll impersonators maltin ta’ Elvis.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.