HomeXarabank LiveProgrammiXarabank Live: 12 Programm

Xarabank Live: 12 Programm

23:06 – Samuel iltaqa’ mal-president u appella biex kulħadd jagħti sehmu fl-istrina l-għada tal-Milied.

22:47 – Waqt li qiegħed fi skola is-Sur Preca spiċċa waqa’ mal-art.

22:14 – L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna jitkellem fuq il- kritika li jkollhu meta jgħid l-opinjoni tiegħu fuq dak li qed jiġri madwar Malta.


22:05 – Wara r-reklami, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro flimkien mar-raġel tagħha u l-arċisqof ta’ Malta.

l-Onorevoli L-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca.

 

21:46 – Xarabank ikompli f’intervista esklussiva mal-kap tal-oppożizzjoni Simon Busuttil, Mark mar għand Simon u Kristina u preparaw ikla flimkien. Simon u Kristina irrakuntaw kif Simon u Kristina ltaqaw bis-saħħa ta’ Xarabank. Kristina rrakuntat kif waqt wieħed mill-programmi ta’ Xarabank kienet rat il-Simon jitkellem u minn hemmhekk ħadet grazzja miegħu.

 

21:37 – Waqt il-porgraamm Joseph Muscat ġie sorpriż bl-ewwel koppja gay li addottat tifel f’Malta. Din il-koppja apparti li hi l-ewwel koppja gay li addottat, din il-koppja addottat tifel li huwa down sindrome, u għal dan Joseph Muscat ħassu vera kuntent li ltaqa’ magħhom u kompla billi qal li din hija Malta li jrid jgħix fiha.

 

21:25 – Fatti ħelwin u interessanti li ma kontx taf fuq il-Presidenza tal-kunsill tal-Unjoni Ewropeja li fiż-żmien li ġej ser isseħħ f’Malta.

 

21:06 – Joseph Muscat jirrakkonta kif dan l-aħħar naqas tletin kilo għaliex irrealiżża li ż-żmien qed jagħmel tiegħu u għalhekk wasal iż-żmien biex jasal joqgħod aktar attent.

 

20:44 – Dalwaqt jibda Xarabank

Xarabank speċjali ser jibda minn hawn u ftit tal-minuti oħra, illum f’dan il-programm ser jidhru l-Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u l-familja tiegħu. F’dan il-programm ser jider ukoll, il-Kap tal-oppożizzjoni Simon Busuttil flimkien ma’ Kristina, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca flimkien mar-raġel tagħha. Fl-aħħar u mhux l-inqas L-Isqof ta’ Malta Charles Scicluna. Dawn kollha ser ikunu qed jirrakkuntaw kif xi esperjenzi li kellhom din is-sena għall-programm speċjali tal-Milied. Apparti minn hekk aħna morna d-dar tal-Prim Ministru u tal-kap tal-oppożizzjoni. Dan u aktar minn hawn u ftit ieħor.

 

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.