HomeXarabank LiveProgrammiXarabank Live: 13 Programm

Xarabank Live: 13 Programm

22:20: Dr Franco Mercieca irrakkonta kif fil-karriera tal-mediċina tiegħu wieħed mill-aktar mumenti diffiċli kien meta kellhu jopera lill-missieru. Dan qal li diffiċli għaliex tidħol l-emozzjoni u qal li meta tkun emozzjonali titlef il-konċentrazzjoni waqt operazzjoni. Dr Franco Mercieca irrakonta kif meta kellhu 16-il sena kien qed jara logħba futbol f’ Heysel Stadium meta sfrondiet parti mill-istadium. Dan qal li din kienet esperjenza li jibqa jiftakar tul ħajthu kollha.

franco-mercieca

22:15: Jkompli xarabank bl-Onorevoli Chris Said u l-Onorevoli Franco Mercieca li huma t-tnejn Għawdxin. Dawn bdew billi qalhu li għalkemm jiġu minn żewġt partiti politiċi jaqblu t-tnejn li huma jaqblu li għandhu jsir bejn Malta u Għawdex.

21:57: Il-familji preżenti fil-programm kollha qablu u ssuġerixxu biex fit-toilets tal-irġiel ikun hemm nappy changers biex dawk l-irġiel li joħorġu bi trabi tagħhom ikunu jistaw jbiddlu lit-trabi. Din qalhu li hija problema għaliex l-maġġoranza tan-nappy changers fit-toilets tan-nisa jkunu hawn Malta.

21:50: Andy Catania u l-mara tiegħu spjegaw kif qed jqasmu l-ħin biex filgħaxija jieħdu ħsieb il-baby meta jqum biex jixrob. Andy qal li qishom bħal suldati fil-millitar għaliex waqt li l-omm qed tbiddel il-ħarqa tat-tarbija, Andy jiprepara l-ħalib.

15820807_10211707861032000_225430861_o

21:47: Claudette Baldacchino, irringrazjat ħafna lit-tobba u lin-nurses ta’ Mater Dei li jieħdu ħafna paċenzja kemm mat-trabi u kif ukoll mal-familjari.

21:44: Xarabank, ikompli bil-familji u t-trabi ġodda.

21:35: Il-Puse u t-tifel jerġgħu ddoqqu għat-tieni darba pero b’mużika aktar b’mod kontemporanju.

21:32: Elio Lombardi tkellem fuq il-karriera tiegħu, u qal li ħareġ aktar minn 90 film u tkellem fuq l-esperjenzi tiegħu waqt dawn il-films.

21:04:

Hector Bruno appella biex kull min għaddej minn żmien diffiċli jitkellem għaliex meta jitkellem ikun l-akbar pass li setgħa jagħmel biex jirranġa is-sitwazzjoni. Hector Bruno tkellem ukoll fuq il-Belt Valletta u iddeskrivija bħala ”ommu” għaliex għandhu imħabba kbira lejn il-belt li trabba fiha.

21:02:

Il-Puse spjega kif meta kellhu it-tfal żgħar, biż-żball kienu qaflu lit-tifel tagħhom fil-bitħa biż-żball. Dan qal kif wara naqra ħin mhux ħażin sabuh hemmhekk.

20:57: Jibda Xarabank

Jibdew mill-ewwel il-Puse u kif sejjaħlu Peppi il-Puse junior billi jdoqqu l-vjolin flimkien. It-tifel tal-Puse qal li hu jaħseb li meta jikber ser ikun aħjar minn missieru.

20:50:

20:42: Xarabank jibda dalwaqt

Illum fuq il-programm xarabank ser ikun hemm mistiedna, personalitajiet li din is-sena laqgħu tarbija fil-familja tagħhom, fost dawn il-personalitajiet hemm, Ludvig Galea, Andy Catania jew aħjar il-king u oħrajn. Apparti minn hekk fit-tlettax-il programm ta’ xarabank ser ikun hemm mistiedna ukoll, Hector Bruno u lill-ħabib tiegħu Ron Briffa. Ron u Hector se jagħtu rigal lil xulxin illejla. Il-ftehim kien li ma jonfqux aktar minn €5. Apparti minn hekk hemm misteidna Elio Lombardi, u lil ibnu Gino Lombardi. Le mhux daqshekk, fuq sufan ieħor hemm mistiedna ukoll l-Onorevoli Franco Mercieca flimkien mal-mara tiegħu Patricia, u lill-Onorevoli Chris Said flimkien mal-mara tiegħu Linda. Franco u Patricia jitkellmu dwar kif fost l-oħrajn, il-politika qarrbithom lejn xulxin bħala familja.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.