HomeEwleninXarabank LIVE: 9 programm

Xarabank LIVE: 9 programm

22:13 – Robert Abela u Paul Borg Olivier jiddiskutu.


22:03 Paul Borg Olivier

Il-qorti qalet li dawk is-siġġijiet kienu tal-partit nazzjonalista

Dan qal lil Robert Abela li hu ma jafx il-liġi għaliex il-Partit Laburista kien qed jillimita il-parlament u lill-poplu għaliex il-parlament kellhu bżonn dawk is-siġġijiet minn naħa tal-Partit Nazzjonalista. Bis-siġġijiet żejda li kellhom il- Partit Laburista dan qal li kien qed jirrapreżenta l-maġġoranza ta’ 60,000 u mhux il-maġġoranza mistħoqqa ta’ 36,000.

22:00  – Robert Abela

Iggustajt lil Paul Borg Olivier jiċċelebra t-telfa tal-elezzjoni elettorali

Robert Abela sosta li dawn iż-żewġ siġġiijiet jista’ jkollom preċedent inkwetanti. Dan qal li b’ din is-sentenza qed ikunhemm ħafna interpretazzjonijiet koroh. B’ din is-sentenza mhux il-poplu kollhu ser jiddeċiedi l-membri li jrid itella’ pero l-qorti ser ikun qed jagħmel l-għażla.

 

21:57 – Xarabank ikompli, din id-darba jiddiskuti iż-żewġ siġġijiet il-ġodda fil-parlament.

 

21:32 – Il-Ministru irringrazja lill-Pulizija u lil Forzi Armati ta’ Malta u lil dawk kollha li jirrelataw mal-immigranti kemm f’Malta kif ukoll fl-ibħra ta’ madwar Malta.

 

21:27

21:22 – George

George waqt li qed jiddiskuti qal li hu jħossu barrani jgħix Malta minħabba l-ammont ta’ nies barranin li hawn jgħixu hawn.

21:17 –  Alex Caruana

Iġifieri jekk ikollok il-flus tixtri ċ-ċittadinanza u ssir Malti rrelevanti int minn fejn ġej u dawn għax m’għandhomx flus u telqu mid-dbatija ta’ ħajja li kienu qed jgħixu ma għandhomx dritt jgħixu b’dinjita’.

21:15 – Il-Ministru Carmelo Abela

Hemm ir-regoli li jridu jiġu osservati

Waqt id-diskussjoni il-Ministru qal li din mhux kwistjoni ta’ imigranti jekk uwx qed jagħmlu suċċess hawn Malta jew le. Imma hija kwistjoni ta’ liġi li trid tiġi osservta. Dan qal ukoll li din il-liġi ġejja minn naħa tal-Unjoni Ewropea.

 

21:00 – Illejla f’Xarabank

20:40 – Xarabank jibda dalwaqt

Xarabank illum ser ikun qed jiddiskuti s-siġġijiet il-ġodda fil-parlament b’ Pawlu Borg Olivier u Robert Abela fil-panel. Il-programm ser ikun qed jiddiskuti wkoll id-deportazzjoni ta’ immigranti illegali li qed jgħixu Malta.

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Andrew.BorgCarbott@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.