HomeEwleninX’ġara wara li qaltlu ‘iva’?

X’ġara wara li qaltlu ‘iva’?

Jekk mintix qed tgħix taħt xi blata, żgur u mhux forsi li rajt il-filmat tal-proposta taż-żwieġ li Jordan għamel lit-tfajla tiegħu Rachel fil-jiem li għaddew.

Aħna tkellimna ma’ Jordan illum u qalilna ħafna affarijiet interessanti dwar ir-relazzjoni li issa se twassalhom biex dalwaqt jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.

Jordan qalilna li hu u Rachel ilhom flimkien tmien snin u l-ħsieb li jipproponilha kien ilu jberren ħafna f’moħħu. Xi tliet ġimgħat qabel kien qiegħed xogħol u fil-break daħal fuq Youtube u kiteb ‘wedding proposals’. Beda jara xi filmati ta’ barra minn Malta u ma għoġbuh xejn. Il-ħsieb baqa’ jdur f’moħħu tant li x’ħin mar id-dar ċempel lill-kuġin tiegħu u ħa parir mingħandu. Jordan qalilna li t-telefonata bejnu bejn kuġinuh kienet xi ħaġa hekk:

Jordan: Kemm int imħabbat mill-1 sat-10?

Kuġin: 20.

Bil-paċenzja kollha Jordan spjegalu x’kellu f’moħħu u t-tnejn flimkien sawru pjan għal proponiment. L-idea kellha tinvolvi l-kant u ż-żfin, għaliex dawk huma żewġ affarijiet għal qalb ħafna Rachel. U minn hemm nibtet dik l-idea li l-koppja jkunu mexjin u jieqfu jieħdu kafè, u jduru ż-żeffiena magħhom jakkumpanjaw il-vuċi ta’ Christabelle…insomma…dik il-proposal li ħafna minna diġà rajniha.

 

Jordan jgħidilna: “Kont ili li għidtilha biex il-Ħadd jekk ma tkunx xita mmorru sal-Belt nixtru r-rigali u xi ħaġa tal-ħwejjeġ.”

“Biex inkun onest, dakinhar stess, xi għoxrin minuta qabel ma proponejtilha, għaddietli minn rasi x’naqbad nagħamel hekk tgħidli ‘le’. Imma fil-fond ta’ qalbi kont ċert li se tgħidli ‘iva’.”

Ritratt ta' Jordan u Rachel wara il proposta

Ritratt li ħadu Jordan u Rachel ftit minuti wara l-proposta

Aħna staqsejna lil Jordan u lil Rachel jekk iffissawx data meta se jiżżewġu. Għalissa għadhom ma jafux, imma Rachel qed taħseb dwarha kuljum, u probabilment kieku jiżżewġu fis-Sajf . Lill-mara futura tiegħu Jordan jgħidilha: “Grazzi ħafna tas-sapport li dejjem tajtni u nħobbok ħafna!”

Tista tara l-proposta ta’ Jordan hawn taħt:

Kummenti

Share With:
Rate This Article

Daniela.Farrugia@wemedia.com.mt

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.